Il-PM jakkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni b’attakk fuq eks-membri tal-ġudikatura

Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni b’attakk bla preċedent fuq eks-membri tal-ġudikatura wara li Dr Busuttil rrifjuta li jaħtar membru tal-ġudikatura fuq il-bord ta’ inkjesta maħtura biex jinvestiga l-każ tal-isparatura mix-xufier assenjat mal-Ministru tal-Intern Manwel Mallia.

Il-Prim Minsitru kien qed jitkellem fil-Parlament bi tweġiba għal kummenti li għamel aktar qabel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fejn qal li l-Prim Ministru kien diġà jaf li l-Ministru Mallia ma kienx se jinstab ħati u kien qed jinħeba wara l-inkjesta li qal qed isservi ta’ cover up.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qajjem point of roder u qal li l-Prim Ministru kellu jikkwota il-parti kollha tad-diskors tiegħu.

Il-Prim Ministru wieġeb li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħa spunt minn intervista li kien ta u dawwarha kif qabillu.

Dr Muscat qal li b’dan il-kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jattakka persuni ta’ integrita magħrufa. Huwa qal li ma jaħrabx mir-responsabbiltà u qed jara li joħorġu l-fatti kollha beix jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Huwa ddikjara li kien lest joqgħod għal kull indikazzjoni u deċiżjoni tal-inkjesta u sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex huwa wkoll jiddkjara li joqgħod għall-istess konklużjonijiet u jerfa’ r-responsabbiltà. Huwa qal li bi kliemu Dr Busuttil kien qed jimmina l-istituzzjoni tal-qorti u kien qed jimmina il-proċess tal-inkjesta.

Il-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel dikjarazzjoni oħra irresponsabbli meta ta x’jifehm li x-xufier involut fl-inċident ingħata l-arja mill-gvern biex jagħmel dak li allegatament għamel. Qal li huwa qatt ma jaqa’ daqshekk fil-baxx biex jattakka politikament avversarji tiegħu.

Dwar l-14 il-miljun ewro li se jingħataw lill-Enemalta s-sena d-dieħla, il-Prim Minsitru qal li dawn mhux sussidju iżda obbligu biex tiġi assigurata security of supply tal-enerġija skont direttiva tal-Unjoni Ewropea li daħlet fis-seħħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

Intant fil-bidu tas-seduta l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil akkuża lill-Prim Ministru li kien qed jinħeba wara l-inkjesta u li din kienet qed isservi ta’ cover up.

Il-Kap tal-Oppożizjzoini Simon Busuttil saħaq illi l-inkjesta li qed issir fil-każ tal-isparatura li fiha hemm involut ix-xufier tal-Ministru tal-Intern qed issiervi ta’ cover up u akkuża lill-Prim Ministru li ordnaha biex jinħeba warajha.

Il-Kap tal-0ppożizzoni kien qed jitkellem fil-Parlament waqt id-dibattitu fuq l-estmi finanzjarji tal-uffiċċju tal-Prim Ministru.  Huwa qal li l-Prim Minsitru ma kellu bżonn l-ebda inkjesta biex ineħħi lill-Ministru Mallia għax skont hu l-qagħda tal-Ministru tal-Intern ma baqgħitx tenibbli minħabba li kellu jerfa’ responsabbiltà politika minħabba l-involviment tax-xufier tiegħu.  Żied igħid li anki l-Prim Ministru kellu responsabbilta’ politika x’jerfa’.

Dwar il-power station tal-gass, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern se jagħti sussidju ta’ €14 il-miljun lill-Enemalta biex jagħmel tajjeb għat-traħħis fil-kontijiet tal-elettriku.

L-avukat Busuttil qal li Gvern nazzjonalista jwettaq riforma fl-amministrazzjoni pubblika biex iċ-ċittadin jieħu dak li huwa dritt tiegħu. Jieħu passi wkoll biex isiru skrutinju parlamentari tal-ogħla ħatriet fis-servizz poubbliku waqt li jiġi żgurat ukoll li l-istituzzjonijiet ikunu indipendenti.  Huwa qal li l-Gvern naqas li jaħtar il-Kummissarju parlamentari għall-istandards dwar l-imġiba tal-politiċi.