Lokali
AĠĠORNAT: Il-PM jappella għal kompromess bejn l-ekonomija u s-saħħa

Il-Prim Ministru Robert Abela appella għal kompromess u biex jiġu evitati l-estremitajiet ħalli la l-ekonomija u lanqas is-saħħa ma jispiċċaw għarkupptejhom.

F’laqgħa mal-imsieħba soċjali, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Dr Abela rrikonoxxa li fl-aħħar jiem il-pajjiż irreġistra għadd ta’ każijiet ġodda ta’ coronavirus iżda qal li wieħed irid iżomm f’moħħu li nfetaħ l-ajruport u li r-rata ta’ każi b’sintomi gravi hija waħda baxxa ħafna.

Dr Abela qal li l-Gvern sema t-tħassib tal-Assoċjazzjoni Medika dwar l-attivitajiet tal-massa. Qal li l-erba’ parties internazzjonali li kienu se jsiru f’Malta dawn ix-xahrejn u li tħassru, kienu se jiġġeneraw €25 miljun fl-ekonomija.

Il-Prim Ministru qal li l-attivitajiet il-kbar tal-massa mhux se jsiru u fakkar li ġew ippubblikati r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa inkluż il-multi sa €3,000 li wieħed jista’ jeħel jekk jinqabad jikser ir-regolamenti.

Dr Abela semma s-saltna tad-dritt fost id-diversi sfidi li kellu quddiemu l-pajjiż u qal li wasalna għal soluzzjonijiet fosthom bi ftehim mal-Oppożizzjoni.

Esprima x-xewqa li jkun hemm ftehim mal-imsieħba soċjali dwar kif il-pajjiż se jimxi ‘l quddiem abbażi ta’ żewġ prinċipji: li nipproteġu l-ħajjiet u l-għajxien tan-nies.

Dr Abela rringrazzja lit-tobba u lill-infermiera li qal bis-sehem tagħhom il-pajjiż irreġistra suċċess fl-isfida tal-imxija tal-Covid-19. Saħaq li l-prijorità tibqa’ s-saħħa u l-ekonomija li qal għandhom jikkumplimentaw lil xulxin.

Segwi hawn l-aġġornament minn Kastilja fit-8.00pm:

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar