Lokali
AĠĠORNAT (2): Il-PM jaspira li l-ġenerazzjoni li jmiss tkun l-iktar sinjura u jkollha iżjed drittijiet

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li jaspira li l-ġenerazzjoni li jmiss tkun l-iktar sinjura, b’iktar drittijiet u l-iktar ġenerazzjoni kburjia b’pajjiżha.

F’Santa Venera, Dr Muscat tkellem dwar id-direzzjoni tal-Partit Laburista li jkun dejjem favur pajjiżu, b’kuntrast mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li qal qabżet il-linja kemm-il darba u ser terġa taqbeż il-linja fil-Parlament Ewropew.

Il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat qal li m’għandux problema li l-Parlament Ewropew jitlob li jinvestiga lil Malta. Qal li kull darba li jiġu jispiċċaw jagħtu raġun lill-Gvernkif ġara bil-kumitat PANA li sab li s-sistema tat-taxxa f’Malta hi skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropa.

Dr Muscat qal li l-Ewroparlamentari Nazzjonalista qed jaħdmu biex nhar it-Tlieta l-Parlament Ewropew jitlob li issir investigazzjoni fuq Malta iżda fl-istess waqt ma jriduhx li issir investigazzjoni fuq l-akkużi serji li hemm fuq l-Ungerija.

Huwa qal li membri tal-Oppożizzjoni qed jgħorku jdejhom għax fil-Parlament Ewropew se jkun hemm dibattitu li se jwassal għal numru ta’ opinjonijiet dwar Malta. Dr Muscat qal li l-Gvern jirrispetta l-istituzzjonijiet iżda ħadd m’għandu jippretendi li jgħid iva għal kollox. Dr Muscat qal li fejn għandhom raġun nikkoreġu izda saħaq li hemm ħafna affarijiet żbaljati li qed jiġu mitmugħa minn Malta.

Il-mexxej Laburista fakkar li l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech isemma fil-Panama Papers minhabba li l-kumpanija legali tiegħu fetħet kontijiet fil-Panama bħala intermedjarja. Qal li jkun aħjar li flok jitkellem kontra Malta jirreżenja mill-Parlament Ewropew. Il-Prim Ministru sostna li l-pajjiż għandu jiġi qabel l-interessi tal-Partit. Stqarr li jemmen li l-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ma jridx isegwi l-istess direzzjoni li fuqha l-poplu kkastiga lill-Partit Nazzjonalista. Huwa appell lil Dr Delia biex jiehu r-riedni tal-partit f’idejh u ma jhalliex li tlieta, erba’ minn nies jitkellmu kontra Malta.

Il-Prim Ministru ħabbar li l-Kabinett approva liġi biex prodotti mediċinali li ġejjin mill-marijuana ikunu jsitghu jighataw bir-ricetta tat-tobba tal-familja. Qal li Malta tista’ ssir ċentru fejn din l-mediċina issir hawnhekk. Semma kif l-agenzija tal-medicini fl-Istati Uniti l-ghazlet l-Aġenzija Maltija tal-medicini fost tmien aġenziji fl-Ewropa li jistgħu jagħmlu testijiet fuq l-mediċinali f’isimha.

Il-Prim Ministru qal li l-aktar aħbar importanti tal-ġimgħa hija l-ftehim li għall-ewwel darba f’20 sena biha ser tingħata żieda sostanzjali lill-għalliema li jirrispetta l-istudju u r-responsabiltajiet tagħhom. Waqt li xejjen il-kritika ta’ uħud fuq l-għalliema, Dr Muscat qal li l-Gvern seta’ jagħti din iż-żieda fost ħafna żidiet oħrajn lil kategoriji oħra ta’ ħaddiema tal-gvern għaliex ta każ l-ekomomija u ħoloq ix-xogħol bi tħejjija għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Reazzjoni Francis Zammit Dimech:

Intant fi stqarrija, l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech qal  li l-Panama Papers jagħmlu referenza għall-Valletta Legal bħala l-entità li aġixxiet bħala intermedjarja għall-klijenti tagħha. Huwa qal li qatt kien jagħmel parti minn Valletta Legal imma li l-uffiċju tiegħu kien fl-istess bini għax kellhom ftehim li jużaw  l-istess propjetà. Qal li huwa għal din ir-raġuni li  Francis Zammit Dimech Advocates huwa indikat fl-istess indirizz tal-kumpanija, minkejja li l-kumpanija legali tiegħu qatt ma kellha interessi fil-Valletta Legal. Qal li fi kwalunkwe każ, il-Valletta Legal qatt ma kellha kumpanija tagħha jew avukati li jaħdmu ma ġurisdizzjonijiet offshore.

Fl-istqarrija jallega li l-unika fatt li jibqa’ hu li Konrad Mizzi huwa l-uniku ministru fl-Unjoni Ewropea li jissemma fil-Panama Papers maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u li l-ebda awtorità f’Malta ma ħadet azzjoni kontrihom.
Reazzjoni Partit Laburista:
Fi stqarrija l-Pl qal li d-deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qed jipprova jiġġustifika l-fatt li minkejja d-diskors kollu tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku Membru tal-Parlament Ewropew li jissemma fil-Panama Papers. Qal li jipprova jdawwarha kif idawwarha, il-verità hi waħda li isem ditta ta’ Francis Zammit Dimech issemma fil-Panama Papers bħala intermedjarju.  Saħaq li Zammit Dimech mhux l-uniku esponent tal-PN jew persuna viċin l-istess partit li ismu tfaċċa fil-Panama Papers bħala intermedjarju, iżda, huwa l-uniku wieħed li għada se jkun qed jitkellem kontra Malta f’dibattitu mibni fuq dak li hu stess involut fih.
Rezzjoni Francis Zammit Dimech
F’reazzjoni Dr Zammit Dimech qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħareġ sensiela ta’ gideb fuqu għax  jinsab taħt pressjoni għax ħammeġ isem Malta u minħabba l-kolass tas-saltna tad-dritt. Stqarr li Dr Muscat jaħseb li kollox business as usual u allura se jkompli bl-ispin biex jiddevja l-attenzzjoni.
Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Ħarsa lejn il-ġurnali tal-lum is-Sibt 21 ta’ Lulju L-Orizzont Fl-ewwel faċċata hemm tliet stejjer. Storja b’ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ Pjazza de Paule fil-qalba ta’ Raħal…

Kronaka

Dik li kellha tkun ġurnata xogħol għal żewġ ħaddiema fuq il-monti spiċċat ħażin wara inċident tat-traffiku fl-Imsida. Iż-żewġ ħaddiema mill-Bangladesh, wieħed minnhom raġel ta’ 33 sena residenti l-Gżira ttieħdu l-isptar,…

Kronaka

Il-powerboat li ħarbet ilbieraħ wara li tniżżlu ammont kbir ta’ sigaretti bil-kuntrabandu f’San Pawl il-Baħar instabet ilejla fuq il-baħar fl-inħawi tax-Xemxija. Id-dgħajsa nstabet abbandunata marbuta ma’ baga f’nofs il-bajja tax-Xemxija….

Ambjent

Dawra madwar Malta, mhux bil-mixi imma bl-għawm. Il-volum ta’ plastik li jiġi ġġenerat u kemm minnu qed jispiċċa fil-baħar, wassal lil tliet żgħażagħ biex jagħmlu din l-isfida iebsa bil-għan li…

Aktar