Lokali
Il-PM jattendi l-kungress tal-Partit Soċjalista Ewropew

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jattendi l-kungress tal-Partit Soċjalista Ewropew li matulu qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-istrateġija li l-Partit ser ikun qed jadotta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Il-pjan tal-Partit Soċjalista Ewropew huwa li jagħmel lill-Unjoni Ewropea aktar qrib iċ-ċittadini u l-komunitajiet. Il-programm politiku jisħaq ukoll fuq ekonomija b’qafas ambjentali u iżjed opportunitajiet għaż-żgħażagħ fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea.

Id-dokumenti li ġew approvati mill-madwar elf delegat fosthom diversi Prim Ministri ġew kordinati minn Maros Sefcovic f’sessjoni ta’ erba’ sigħat li fiha ħadu sehem rappreżentanti ta’ diversi fergħat tal-PES. B’kollox ġew approvati tmien reżoluzzjonijiet li ser iservu ta’ bażi għal manifest elettorali tal-partit soċjalista Ewropej fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.

Fost oħrajn dawn jitkellmu dwar it-tisħiħ tad-demokrazija, l-ekonomija, l-immigrazzjoni, l-ugwaljanza, l-ambjent u sostinibiltà u tisħiħ tal-politika soċjali.

Il-President tal-PES, Sergie Stanishev li ġie kkonfermat fil-kariga qal li llum aktar minn qatt qabel, jeħtieġ li jkun bidla fid-direzzjoni fl-Unjoni Ewropea. Stanishev żied jgħid li l-Kummissjoni Ewropea trid tissalvagwardja fost oħrajn id-demokrazija u s-saltna tad-dritt u tassigura li jkun hemm tkabbir sostenibbli biex iż-żgħażagħ Ewropej ikollom ġejjieni sabiħ.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Oppożizzjoni qalet fi stqarrija li se titlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga b’urġenza l-għoti tal-hekk imsejħa “golden handshake” lill-uffiċjali biex jirriżenjaw mill-impjieg. Dan wara, fost oħrajn, il-protest ġudizzjarju li…

Turiżmu

L-ogħla numru ta’ passiġġieri li daħlu Malta f’sena abbord cruise-liner mistenni jintlaħaq din is-sena. Bi kważi disa’ mitt elf passiġġier, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb, qal li l-2019…

Immigrazzjoni

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra…

Kronaka

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed…

Aktar