X

Il-PM jfakkar lil Sir Ugo Mifsud f’għeluq il-129 sena minn twelidu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar lil Sir Ugo Mifsud f’għeluq il-129 sena minn twelidu.

Sir Ugo Mifsud, fl-1924, fl-età ta’ 38 sena, laħaq it-tielet prim ministru ta’ Malta fejn fl-1926, flimkien ma’ Dr Enrico Mizzi, kien imexxi l-Partito Nazionalista.

Matul il-karriera politika tiegħu, Sir Ugo Mifsud kellu diversi rwoli importanti fosthom l-irwol li kellu fil-Kunsill tal-Gvern fejn fl-1939 ġie elett membru.

Fid-9 ta’ Frar tal-1942, Sir Ugo Mifsud taħ attakk tal-qalb waqt li kien qiegħed għaddej b’diskors jaħraq kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż għad-deportazzjoni ta’ numru ta’ Maltin fl-Uganda.

Sir Ugo Mifsud miet jumejn wara fl-età ta’ 52 sena f’Villa Preziosi f’Ħal Lija u jinsab midfun fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.