Elezzjoni
Il-PM jgħid li eluf ta’ ħaddiema se jingħataw kumpens tal-inġustizzji li sofrew

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema tal-korpi, ex ħaddiema tax-xatt u nies li kienu jaħdmu ma’ dirgħajn il-Maltin.

F’attività politika fiż-Żejtun, il-Prim Ministru Muscat fisser kif għalkemm seta’ kien hemm min legalment m’għandux raġun, il-Gvern xorta ħass li għandu raġuni morali u għandha ssir ġustizzja magħhom ukoll.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern, għalkemm jista’ jkollu elf difett, għandu l-ikbar preġju – dak li se jibqa’ Gvern viċin in-nies u li jisma’ lill-familji biex ikun jista’ jagħmel deċiżjonijiet fl-aħjar interess tagħhom.

Huwa qal li kien għalhekk li matul dawn l-aħħar ġimgħat tkellem dwar l-ikbar prijorità – il-kwalità tal-ħajja u l-ħin li wieħed ikollu mal-familja tiegħu.

Fakkar kif illum il-Kummissjoni Ewropea, xandret statistika li wriet li l-Maltin qed iħallsu r-raba’ l-inqas kontijiet tad-dawl fl-Ewropa kollha u li kien għal ħaddieħor Malta għadha l-ogħla b’kontijiet li kienu se jiżdiedu xi tlett darbiet fis-sena, għax kellhom sistema falluta li topera b’żejt li jħammeġ.

Qal li r-roħs fil-kontijiet kienet sfida kbira, u li l-Partit Nazzjonalista għamel ħafna gambetti biex il-familji jibqgħu jħallsu kontijiet għolja nfern.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar