Partit Laburista
Il-PM jgħid li fil-Budget li ġej se jżid il-pensjonijiet

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar li fil-Budget ta’ Ottubru li ġej, il-Gvern se jżid il-pensjonijiet u li dan se jkun possibbli minħabba s-surplus ekonomiku li għandu l-Gvern. Dwar l-aħħar każ tal-immigranti li daħlu fl-Italja, Dr Muscat qal li dan il-Gvern se jkompli jimxi mar-regoli internazzjonali, filwaqt li juri s-solidarjetà biex l-immigranti jinqasmu bejn il-pajjiżi Ewropej.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscar qal li dan il-Gvern kif wiegħed, se jkun qed joħloq il-ġid u jqassmu l-ewwel lil dawk li l-iktar għandhom bżonnu. F’kollegament telefoniku fuq One Radio, Dr Muscat qal li għalkemm il-parlament wieqfa xogħol tal-Ministri jibqa’ għaddej. Qal li bis-saħħa tas-surplus li l-pajjiż ser jerġa’ jkollu din is-sena, jista’ jħabbar li fil-budget f’Ottubru li ġej, il-Gvern se jerġa’ jżid il-pensjonijiet fost żidiet oħra.

Dwar l-aħħar każ ta’ dgħajsa ta’ 450 immigranti abbord, il-Prim Ministru sostna li kif għamel fil-każijiet oħra ser jimxi mal-liġi internazzjonali u mhux ser jieħu ebda ordnijiet mill-ebda pajjiż kbir kemm hu kbir. Qal li għal darb’oħra, il-Gvern ingħata raġun minkejja li d-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini ried li l-immigranti jiddahħħu Malta. Spjega li l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte aċċetta li dawn l-immigranti ma jiddaħħlux Malta, iżda talab is-solidarjetà tal-Gvern Malti.

Dr Muscat qal li bħala Prim Ministru ħa d-deċiżjoni u li tagħha jerfa’ r-responsabbiltà li juri solidarjetà biex jaċċetta numru minnhom. Il-Prim Ministru qal li wieħed ma jridx jara sa mnieħru u fakkar li dan huwa l-istess bħal meta Malta stenniet solidarjetà fil-każ tal-immigranti tal-vapur LifeLine li minnhom diġà telqu żewġ gruppi lejn Franza u l-Lussimburgu.

Dr Muscat stqarr li x-xogħol tal-Gvern jibqa’ għaddej bla waqfien, fosthom bil-proġetti infrastrutturali f’diversi toroq. Semma kif ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea wera li t-tkabbir ekonomiku f’Malta huwa mbassar li jkun it-tieni l-akbar wieħed fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dr Muscat qal li qed ikollu diskussjonijiet li qal għandhom iwasslu għal iktar investimenti għal aktar xogħol u aktar ġid fil-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar