Elezzjoni
Il-PM jgħid li hu l-iktar Prim Ministru li reħa poteri minn idejh

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar poteri milli għandu hu. Dr Muscat irrefera fost oħrajn għall-bidla fil-mekkaniżmu kif jinħatru l-ġudikanti.

F’attività politika fl-Imsida, Dr Muscat spjega li taħt Gvern Nazzjonalista, il-ġudikanti kienu jinħatru direttament mill-Prim Ministru. Qal li issa li l-ġudikanti jgħaddu minn skrutinju ta’ bord magħmul minn fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal li hu ironiku l-fatt li d-Deputati Nazzjonalisti Simon Busuttil u Jason Azzopardi vvutaw favur dan il-metodu . . . iżda qed imorru l-Qorti jilmentaw dwarha. Żied li l-Kap Nazzjonalista, Adrian Delia, jeħtieġ jiddeċiedi xi jrid jagħmel, għax l-ewwel ried ikeċċi lil Dr Busuttil wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet dwar Egrant, u issa qed jgħannqu miegħu biex isalva ġildu.

Dr Muscat irrefera għall-proġett infrastrutturali li se jsir fl-Imsida u qal li dan se jnaqqas it-tniġġis għall-Misidjani. Qal li l-Gvern se jwettaq żewġ proġetti oħrajn fl-Imsida fosthom il-bini ta’ skola ġdida u t-tisbiħ tax-xatt tal-Imsida li jagħti sa Ta’ Xbiex.

Il-Prim Ministru tenna l-appell tiegħu biex in-nies joħorġu jivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar