Lokali
Il-PM jgħid li l-għaqda se twassal lill-pajjiż għall-aqwa żmien

F’messaġġ f’għeluq il-100 jum ta’ Gvern Laburista, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-għaqda se twassal lill-pajjiż għall-aqwa żmien.  Dr Muscat qal li x-xogħol li beda fil-leġislatura li għaddiet għandu jitkompla bħala poplu wieħed f’din il-leġislatura.

Qal li fl-ewwel mitt jum mindu reġa’ ngħata l-mandat li jservi bħala Prim Ministru, il-pajjiż kompla għaddej bl-istess ritmu mgħaġġel li wassal għal tant riżultati u esprima x-xewqa li jkomplu jinkisbu aktar suċċessi għall-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal li malli ngħata l-mandat, il-Gvern midd għonqu mill-ewwel għax-xogħol u semma fost l-oħrajn ir-riżultati miksuba mill-ekonomija Maltija u fl-ambitu tad-drittijiet ċivili.

Qal li l-Budget għas-sena d-dieħla se jkun pass importanti ħafna, li bih il-poplu se jkun jista’ jgawdi mill-frott li żera l-Gvern matul il-leġiżlatura li għaddiet.

Dr Muscat sostna li l-missjoni tal-Gvern hi li titwitta t-triq għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin billi ikollhom infrastruttura, liġijiet, finanzi, drittijiet ċivili, qasam soċjali, u l-għodda kollha possibli biex jaħdmu aħjar fiż-żmien li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Filmat esklussiv li qed ixandar tvm.com.mt juri s-sekwenza kollha ta’ mara li allegat li sar attentat biex jaħtfu lil binha li kien fil-pushchair f’ħanut f’Birżebbugia. Fil-filmat jidher li din l-omm…

Lokali

Xahrejn wara li seħħet serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-lejl li għadda, l-istess knisja kienet fil-mira ta’ ħalliel. Iżda din id-darba, grazzi għall-intervent tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit,…

Lokali

Il-Partit Laburista permezz tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-deputat Glen Bedingfield immarkaw il-fatt li fil-Parlament ilbieraħ kien hemm disa’ deputati tal-Oppożizzjoni fosthom seba’ tal-Partit Nazzjonalista li ma appoggjawx il-mozzjoni…

Aktar