Lokali
Il-PM jgħid li l-pandemija għadha magħna u l-bilanċ jibqa’ kruċjali

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-pandemija għadha magħna u għalhekk qal li huwa kruċjali li nibbilanċjaw is-sens ta’ ottimiżmu ma’ rieda b’saħħitha u b’kawtela.

Dr Abela qal dan f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio li matulu appella biex kulħadd jieħu t-tilqima f’dan il-mument pożittiv.

Fakkar kif kien kruċjali li fl-aħħar xhur, il-pajjiż investa bis-saħħa għax-xiri tal-vaċċin tant li sal-bieraħ ingħataw 400,000 doża tal-vaċċin.

Dwar it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea u r-riżultati fil-qasam tas-saħħa partikolarment dwar il-programm ta’ tilqim, il-Prim Ministru qal li dan hu riżultat tal-pani tal-Gvern.

Dr Abela qal li t-tbassir huwa konsegwenza pożittiva ta’ dak li l-Kummissjoni osservat li sar Malta fl-aħħar xhur.

Qal li l-Gvern m’għażilx il-politika ta’ awterità u lil jħalli lin-nies waħidhom kif sar 12-il sena ilu meta kellna kriżi ekonomika ħafna iċken minn dik tal-lum. Qal għaqal wassal biex dan il-Gvern ma jħalli lil ħadd waħdu, investa bis-saħħa fin-nies.