Politika
Il-PM jgħid li l-PN ma ppreżentax biżżejjed kandidati fin-nofsinhar ta’ Malta

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar kandidati biex l-elettorat ikollu l-opportunità jivvota.

Fl-ewwel sessjoni tal-konferenza ġenerali annwali tal-Partit Laburista f’Ħal Tarxien, Dr Muscat spjega li f’terz tal-lokalitajiet, fil-maġġor parti tagħhom fin-nofsinhar ta’ Malta, il-Partit Nazzjonalista ma ppreżentax biżżejjed kandidati. Qal li mhux ta’ b’xejn li l-Partit Nazzjonalista ħalla n-naħa t’isfel ta’ Malta taqa’ biċċiet.

Il-mexxej Laburista stqarr li 24% tal-kandidati għall-kunsilli lokali huma nisa. Waqt li nnota żieda ta’ 9% fin-numru ta’ kandidati nisa, Dr Muscat stqarr li mhux ser ikun kuntent sakemm 50% tal-kandidati f’kull livell ikunu nisa.

Dwar is-surplus fil-finanzi pubbliċi, il-Prim Ministru Muscat qal li sa tliet snin ilu ħadd ma kien ilissen il-kelma “surplus” iżda kien imdorri jisma’ bil-kelma dejn. Dr Muscat qal li l-Gvern dawwar ir-rotta biex illum mhemmx biss familji bilgħaqal iżda wkoll Gvern.

Il-Prim Ministru qal li pajjiżi oħra kisbu surplus wara li naqqsu l-pensjonijiet, keċċew ħaddiema mis-settur pubbliku, għollew it-taxxi u ma investewx fl-infrastruttura. Qal li f’Malta qabel kellna Gvern li ma kienx kapaċi jkabbar l-ekonomija iżda jaqta’ l-ispejjeż li nħassew miċ-ċittadini.

Waqt li rrikonoxxa li saru affarjiet tajbin fl-amministrazzjoni Nazzjonalista, Dr Muscat qal li Gvern Laburista ma sabx is-sodda mifruxa għax minflok kien iffaċċjat b’defiċit ta’ €250 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar