Politika
Il-PM jgħid li Malta nbidlet għall-aħjar fl-aħħar 10 snin

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, ta rendikont ta’ kif Malta nbidlet għall-aħjar fl-aħħar 10 snin.

Dr Muscat qal li bħal 10 snin ilu, il-Partit Nazzjonalista għadu maqsum. Qal din li titfa’ aktar responsabbiltà fuq il-Gvern li hu determinat li jkompli għaddej bl-aġenda riformista permezz ta’ aktar ħidma għall-poplu Malti u Għawdex.

Imnebbaħ mit-10 year challenge, li għaddej fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qabbel diversi oqsma tal-pajjiż biex juri l-bidla li seħħet minn 10 snin ‘l hawn bil-ħidma tal-Gvern. Dr Muscat qal li 10 snin ilu, l-akbar uġigħ ta’ ras għall-poplu kienet il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qal li llum il-Maltin għandhom rashom mistrieħa bis-saħħa tal-investiment li sar f’dan il-qasam.

Fiż-Żurrieq, Dr Muscat irrimarka kif 10 snin ilu kulħadd kien jibki għax-xogħol. B’kuntrast, qal Dr Muscat, illum għandna sitwazzjoni fejn ix-xogħol qed jiġri wara n-nies, bil-ħaddiema Maltin qed ifittxu xogħlijiet ta’ kwalità. Dr Muscat qal li 10 snin ilu, min kien jaffordja li jibgħat lil ulied għaċ-childcare kien meqjus sinjur. Qal li llum dan is-servizz hu b’xejn għal kulħadd. Bl-istess mod, it-trasport b’xejn għall-iskejjel. Dwar il-faqar, Dr Muscat, filwaqt li rrikonoxxa li fadal xi jsir, qal li dan naqas bin-nofs fosthom b’inċentivi biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u biż-żidiet fil-pensjonijiet.

Il-Prim Ministru qal li 10 snin ilu, id-defiċit kien fuq fomm kulħadd u llum il-pajjiż għandu surplus u l-pajjiż għandu flus imfaddla fil-fond nazzjonali mill-flus tal-programm taċ-ċittadanza. Qal li 10 snin ilu, it-trasport pubbliku kien f’kaos u llum hu ferm aħjar. Dwar l-infrastruttura, il-Prim Ministru qal li proġetti bħas-Central Link se jtejbu l-andament tat-traffiku u l-ambjent.

Għall-ewwel darba, qal Dr Muscat, il-Qrati qed jaqtgħu aktar sentenzi milli każijiet li qed jidħlu.  Semma’ wkoll il-qabża kbira fil-libertà ċivili li taw id-dritt li kulhadd jiżżewweġ lil min iħobb. Qal li l-pass li jmiss huwa li tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ aktar nisa fil-politika.

Dr Muscat qal li l-uniku ħaġa li ma nbidlitx f’għaxar snin huwa l-Partit Nazzjonalista baqa’ maqsum kien 10 snin ilu.

Quddiem din is-sitwazzjoni, qal il-Prim Ministru, ir-responsabbiltà fuq il-Gvern tkompli tikber. Qal li l-Gvern determinat li jkompli jmexxi aġenda riformisa biex tinbena Malta ta’ għada li tkun suċċess għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta…

Saħħa

Espert kliniku mill-NHS Ingliża beda jara l-pazjenti bl-ADHD u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali bil-għan li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa dwar mediċini tal-ADHD. Tliet ijiem ilu d-Deputat Prim Ministru u…

Stejjer Umani

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka. Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti…

Lokali

Id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu llum reġgħu raw il-kwadru inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu f’postu fis-Santwarju Bażilika fil-Belt. Dan wara li għamel sena u nofs nieqes sakemm fuqu saru interventi ta’ restawr u konservazzjoni….

Aktar