Lokali
Il-PM jgħid li sodisfatt bid-deċiżjoni fuq il-power station għax se tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies

Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker u l-Prim Ministru Joseph Muscat kellhom taħditiet f’Kastilja u taw konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm mas-60 ġurnalist barrani. Tkellmu fost l-oħrajn dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-Brexit waqt li għall-mistoqsija ta’ TVM, kemm Jean-Claude Juncker kif ukoll Dr Muscat sostnew li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-Power Station tal-gass ittieħdet mingħajr indħil tagħhom u b’awtonomija mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-prijorità ewlenija tal-Presidenza Maltija hemm l-immigrazzjoni, li ddeskriviha bħala kwistjoni kkumplikata, u sostna li biex tittaffa jeħtieġ li l-pajjiżi membri jsaħħu l-kontolli tal-fruntieri territorjali u marittimi tal-Unjoni Ewropea.

Il-President Juncker, filwaqt li faħħar it-tħejjijiet ta’ Malta għall-Presidenza, esprima fiduċja li l-Presidenza Maltija se tkun suċċess, fosthom bi progess dwar l-immigrazzjoni, kwistjoni li qal jeħtieġ soluzzjoni Ewropea, b’iktar solidarjetà mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni.

Mistoqsi minn TVM jgħid jekk kinitx kumbinazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tapprova l-proġett tal-power station tal-gass ħabtitx eżatt mal-inawgurazzjoni tal-Presidenza Maltija, il-President Juncker wieġeb li ma jidħolx u ma jindaħalx f’deċiżjonijiet dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni bħal mhi din.

“I have to say that I never interfere with competition cases. That is a matter for Commissioner Vestager and she’s acting in total autonomy when it comes to these questions. I am told that the undertaking you are referring to is completely in line with the basic state aid rules of the EU and so that’s fine for us.”

Fl-ewwel reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, Dr Muscat wieġeb li huwa sodisfatt b’din id-deċiżjoni għax qal se tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies u fl-infrastruttura meħtieġa biex Malta tifforma parti min-network Ewropew tal-gass.

“So definitely we don’t interfere ourselves.  That’s the decision that the Commission directorates take.  We’re very pleased about the decision that is part of a landmark energy reform project here in Malta where we’re now abandoning Heavy Fuel Oil as our only source of energy manufacturing and transferring to LNG. It is part of the energy union project which within the medium term, within the next 7 years, will see us part of the European Gas Network with an additional pipeline where we will join the European gas network with Italy.”

Dwar Brexit, il-Prim Ministru qal li qabel ma jintlaħaq qbil  bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, l-ebda pajjiż membru ieħor ma jidher li se jinnegozja ftehim bilaterali mar-Renju Unit, filwaqt li il-President tal-Kummissjoni Ewropea sostna li wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, jemmen li l-Unjoni Ewropea kapaċi tegħleb l-ostakli għax il-proġett t’integrazzjoni Ewropea sar biex jibqa’ fis-seħħ għal dejjem.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar