COVID-19
Il-PM jgħid li wasal iż-żmien li jinħoloq ċertifikat Ewropew tat-tilqim

F’ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, il-Prim Ministru Robert Abela qal li wasal iż-żmien li jinħoloq ċertifikat Ewropew tat-tilqim.

Dr Abela qal li ċertifikat tat-tilqim huwa għodda importanti għas-saħħa pubblika speċjalment f’kuntest ta’ vjaġġar transkonfinali li jista’ jservi wkoll fil-kuntest kurrenti tal-pandemija kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq dak Ewropew. 

Qal ukoll li din l-idea timmerita wkoll approċċ koordinat biex tiffaċilita aħjar l-ivvjaġġar mentri tevita li jinħolqu aktar ostakli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ moviment liberu ta’ persuni.