Lokali
Il-PM jħabbar Kabinett ġdid

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar Kabinett ġdid. Fi stqarrija ntqal li wara ż-żewġ co-options fil-Parlament Malti nhar id-19 ta’ Ottubru li għadda, u wara li tħabbar li l-Ministru għall-Finanzi huwa rrakkomandat biex jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Prim Ministru Robert Abela llum wettaq bidliet fil-kabinett immexxi minnu.

Il-Gvern qal li l-bidliet ikomplu jikkaratterizzaw il-kabinett bħala wieħed ta’ talent u maqgħud, b’element qawwi ta’ żgħażagħ u bil-parteċipazzjoni tan-nisa kollha fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern.

F’diskussjonijiet li kellu mal-Ministri u Segretarji Parlamentari, Dr Abela enfasizza l-bżonn li l-Gvern ikompli jwieżen lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, isaħħaħ ix-xogħol u joħloq klima ta’ investiment, u jħejji lil Malta għal futur.

Intant, Glenn Micallef inħatar bħala Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minflok Clyde Caruana, li issa huwa l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol. Glenn Micallef hu gradwat fl-ekonomija u fil-politika Ewropea. Fl-aħħar snin, Micallef okkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea u minn Jannar li għadda l-kariga ta’ konsulent tal-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej, fejn kien ukoll parti mit-tim ta’ negozjati li wasslu biex pajjiżna kiseb allokazzjoni rekord ta’ €2.25 biljun f’fondi Ewropej għas-seba’ snin li ġejjin.

Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett:

Robert Abela Prim Ministru

Chris Fearne Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

Evarist Bartolo Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Michael Farrugia Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva

Owen Bonnici Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19

 José Herrera Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Carmelo Abela Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ian Borg Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Michael Falzon Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal

Edward Zammit Lewis Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Anton Refalo Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali

Roderick Galdes Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Justyne Caruana Ministru għall-Edukazzjoni

Silvio Schembri Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija

Julia Farrugia Portelli Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja

Aaron Farrugia Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Clint Camilleri Ministru għal Għawdex

Byron Camilleri Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Clayton Bartolo Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi

Miriam Dalli Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli

Clyde Caruana Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dawn huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett:

Stefan Zrinzo Azzopardi Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rosianne Cutajar Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Clifton Grima Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inkluzjoni u l-Kwalità tal-Ħajja

Chris Agius Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Alex Muscat Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Deo Debattista Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur