Saħħa
Il-PM jħabbar li l-Gvern qed jaħdem mal-Università ta’ Queen Mary fuq strateġija dwar is-saħħa

Jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq l-Iskola Medika ta’ Barts biswit l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel fuq ix-xogħlijiet qal li l-Ministeru għas-Saħħa qed jaħdem mal-Università ta’ Queen Mary f’Londra fuq strateġija fit-tul għall-qasam tas-saħħa. L-investiment fuq il-proġett tal-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex ilaħħaq is-26 miljun ewro u l-bini mistenni jitlesta fi ftit xhur oħra.

Il-binja tal-iskola Medika ta’ Barts f’Ghawdex hija maqsuma fuq erba’ sulari u mgħammar bl-iktar faċilitajiet moderni. Il-kumpless tal-iskola medika ta’ Barts, jinkludi żewġ laboratorji, awditorju kbir, klassijiet għal-lectures, u kmamar apposta għat-taħriġ. Bdiet tinbena ftit iżjed minn sena ilu b’investiment li jiskorri s-26 miljun ewro u uffiċjali ta’ Steward Healthcare, qalu li mistennija tilqa’ l-ewwel studenti f’Settembru li ġej.

Fi żjara fuq ix-xogħlijiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fi ftit aktar minn sena sar progress enormi biex inbena dan iċ-ċentru għat-taħriġ tat-tobba li fi kliemu huwa l-uniku fil-Mediterran. Qal li dan l-investiment ta’ Barts u l-Università Queen Mary ta’ Londra fil-gżira Għawdxija hu sinjal ċar tal-impenn lejn pajjiżna. Dr Muscat qal li l-pass li jmiss huwa li ssir starteġija fit-tul għall-qasam tas-saħħa. Għal dan il-għan qal il-Prim Ministru, il-Ministeru għas-Saħħa qed jaħdem id f’id mal-Università Queen Mary.

”The Queen Mary University of London will be expanding their presence in Malta and will venture in new academic fields and areas at Masters Levels and according to future skill gaps which have been identified.”

Il-Prim Ministru Muscat esprima l-fehma li bl-Iskola Medika ta’ Barts u l-investiment minn Steward Healthcare fl-isptar, Għawdex se jkun ċentru internazzjonali ta’ tagħlim u turiżmu mediku. Dr Muscat qal li b’dan il-mod l-ekonomija f’Għawdex tkompli tikber b’mod sostenibbli. Huwa qal li t-tlestija tal-iskola ta’ Barts ikompli mal-proġetti li diġà tlestew fosthom iċ-ċentru tal-anatomija li ġie inawgurat f’Diċembru li għadda u l-laboratorji tal-padologija ta’ Steward Helath Care li ġew inawgurati dil-ġimgħa stess.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 31 sena miż-Żurrieq ġie ordnat iħallas kumpens t’iktar minn €114,000 wara li nstab responsabbli għall-mewt ta’ tifla ta’ 10 snin f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ f’Lulju tal-2010 fi Triq…

Lokali

L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…

Lokali

Fil-Qorti dalgħodu quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale, l-ex Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi naqas milli jippreżenta kopja tar-Rapport tal-Evalwazzjoni dwar il-ftehim li bih il-Vitals Global Healthcare ħadu t-tmexxija tal-isptarijiet. Iktar kmieni din…

Qorti

Illum mistennija tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li huwa ssuspettat li ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ nhar l-Erbgħa li għadda, iżda dakinhar stess…

Aktar