Lokali
Il-PM jħeġġeġ lin-nies ikomplu jitlaqqmu wara li ħa t-tilqima

Il-Prim Ministu Robert Abela ħeġġeġ lin-nies biex ikompli jitlaqqam kontra l-Covid-19 wara li tlaqqam f’wieħed miċ-ċentri ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżna.

Fi tweet Dr Abela qal li llum kien imissu lilu li jieħu l-vaċċin u ħeġġeġ lin-nies jitlaqqmu bil-għan li nkomplu nħarsu lil xulxin u nħarsu ’l quddiem.

Huwa ta ħajr ukoll lill-ħaddiema, lill-voluntiera għas-servizz eċċellenti li qegħdin jagħtu fiċ-ċentri tat-tilqim.