Lokali
Il-PM jiddiskuti mal-MEUSAC it-temi fl-aġenda tal-Kunsill Ewropew

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta tqis li, l-ewwel abbozz tal-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal budget għal perjodu ta’ seba snin li jibda mill-2020, joffri bażi ġusta u valida għad-diskussjonijiet u wera x-xewqa li negozjati dwaru jkun konkluzi qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej. Dr Muscat qal dan meta indirizza l-core group tal-MEUSAC qabel jattendi għal laqgħa oħra tal-Kunsill Ewropew mal-mexxxejja tal-Unjoni Ewropea li mistennija wkoll tittratta l-kwistjoni dwar l-immigrazzjoni.

Is-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fit-28 u 29 ta’ Ġunju ser jibda t-triq twila tan-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji għal budget ta’ seba snin tal-Unjoni Ewropea bil-pajjiżi membri jiġbdu lejn xawwathom biex jieħdu parti tajba mill-budget tal-Unjoni Ewropea għal perjodu 2020- 2027.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat f’laqgħa mal-imsieħba soċjali fil-core group tal-MEUSAC iddiskuta l-pożizzjonijiet li ser tieħu Malta fil-Kunsill Ewropew u ddikkjara li l-ewwel abbozz tal-proposti li saru mill-Kummissjoni Ewropea joffri bażi ġusta u valida għad-diskussjonijiet. Il-kummissjoni indikat kemm l-allokazzjoni finanzjarja li qed tipproponi kif ukoll il-prijortajiet tagħha għall-budget.

Dr. Muscat qal li l-Gvern Malti ser jinnegozja minn punt ta’ tluq li jirrifletti żidiet sostanzjali fil-prodott domestiku gross imqabbla ma’ dawk li kien hemm ħames snin ilu li jista’ jimpatta fuq il-pakket finazjarju li ser ikun allokat għal Malta. Madankollu, il-Prim Ministru saħaq li Malta tippreferi tinnegozja minn perspettiva ta’ aktar ġid u mhux bħala tallaba. Fisser kif din se tkun l-ewwel darba li r-Renju Unit mhux se jikkontribwixxi għal budget Ewropew minħabba l-Brexit.

Qal li dan se jwassal għall-tnaqqis sostanzjali fil-bilanċ Ewropew. Il-Prim Ministru qal li f’dan l-isfond Malta se tipprova telimina żvantaggi li tista’ ssib ruħha fihom minħabba dawn l-iżviluppi. Huwa esprima t-tama li jkun hemm ftehim dwar il-budget Ewropew qabel ma jxolji l-Parlament Ewropew għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Dwar l-immigrazzjoni, il-Prim Ministru qal li Malta qed tħaddan pożizzjoni simili għal dik li kellha ħames snin ilu. Dr Muscat qal li l-Gvern qed iħares lejn il-proposti għal reviżjoni fil-konvenzjoni ta’ Dublin u stqarr li mhux ser ikun faċli li jintlaħaq ftehim dwarhom bejn il-pajjiżi kollha.

F’kummenti lill-ġurnalisti, Dr. Muscat qal li Malta tibqa’ tinsisti għal soluzzjonijiet fuq diversi fronti li semma’ kif bl-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżi bħan-Niger u ċ-Chad wasslu biex naqsu l-immigranti li qed jaqsmu l-Mediterran.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat ”Il-migration hija dejjem a very hot issue li tqajjem sentimenti… imma l-crossings fil-verità minn dawn il-pajjiżi naqsu b’78% mis-sena li għaddiet anki fost l-oħrajn minħabba l-engagement tal-Unjoni Ewropea f’border countries mal-Libya.

Il-Prim Ministru tenna li Malta terfa’ l-piż tagħha tant li s-sena li għaddiet ,Malta ras għal ras kienet it-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li accetta l-akbar għadd ta’ immigranti bil-protezzjoni umanitarja.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li mill-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant l-aktar ħaġa xokkanti hi kif xi ħadd b’mod deliberat u ppjanat iffalsifika dokumenti bil-għan li jagħmel…

Politika Lokali

F’ittra lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil m’għadhiex tenibbli wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant. Hija qalet li, il-pożizzjoni ta’…

Lokali

Occupy Justice u Awturi qalu li jinsabu tassew iddispjaċuti jaraw l-alleanza politika bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tikkonsolida ruħha biex tinħeba l-verità u titbiegħed il-ġustizzja. Fi stqarrija, qalu li hu dmir…

Lokali

Il-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qalet li l-pubbliku Malti ma jistax sempliċiment jaċċetta l-fatt li qatt ma jkun jaf għal min twaqqfet il-kumpanija Egrant. F’dikjarazzjoni lill-midja, il-familja Caruana Galizia qalet…

Aktar