Lokali
Il-PM jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland. Il-laqgħa saret f’Londra fejn bdew l-attivitajiet b’rabta mac-CHOGM.

Iż-żewġ naħat analizzaw il-kisbiet li saru mill-Commonwealth fl-aħħar sentejn u nofs mindu tlaqqa’ f’Malta l-aħħar summit tal-mexxejja, ic-CHOGM. Minn dakinhar, il-Prim Ministru Joseph Muscat hu ċ-Chair-in-Office tal-Commonwealth. Fil-jiem li ġejjin, din il-pożizzjoni tgħaddi f’idejn ir-Renju Unit.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland iddiskutew ukoll it-temi fuq l-aġenda tas-summit tal-mexxejja li se jiltaqa’ l-Ħamis f’Londra u l-Ġimgħa f’Windsor.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta qed isaħħaħ il-kapaċità tagħha biex tkun iktar effettiva fil-ħidma tagħha fid-dawl taż-żieda tat-traffiku kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. It-Taqsima tal-Infurzar ta’ Transport…

Lokali

Il-Kabinett għadu kif approva t-tliet liġijiet relatati mal-qafas regolatorju tal-industrija ġdida tad-‘Distributed Ledger Technology’ li tinkludi fost l-oħrajn il-blockchain u l-muniti virtwali. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri…

Lokali

Id-dibattitu dwar l-emendi fil-liġi dwar l-IVF kompla jieħu dimensjoni inernazzjonali bl-għaqda Fertilty Ewropa li fiha hemm imsieħba l-Infertility Network ta’ Malta ddikjarat l-appoġġ tagħha għall-emendi proposti. Sadanittant l-Awtorità Maltija għall-Protezzjoni…

Lokali

Diversi toroq li jwasslu għal bajjiet ser jingħataw wiċċ ġdid fi programm ta’ xogħlijiet mid-Direttorat tat-Toroq b’investiment li jaqbeż iż-żewġ miljun ewro. Il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg saħaq li…

Aktar