Lokali
Il-PM jinawgura l-pixxina l-ġdida tal-waterpolo f’Birżebbuġa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illejla inawgurata l-pixxina ġdida tal-waterpolo f’Birżebbuġa. Dan il-proġett, li tlesta wara tliet snin, sewa madwar żewġ miljuni u nofs. Il-kumpless jinkludi fost oħrajn ristorant u anki faċilitajiet ta’ gym.

Il-President tal-Birżebbuġa Aquatic & Sports Club, George Farrugia, iddeskrieva l-proġett bħala ħolma li n-nies ta’ Birżebbuġa ilhom jistennewha aktar minn għaxar snin.

“It-tfal fl-aħħar għandhom faċilità flimkien issa mal-faċilitajiet sportivi tal-futbol, fejn ninġabru. Jien rabbejt lit-tifla hawn, u meta kont naraha ħierġa minn xi bar jew każin, kienet tgħdli ‘Pa, fejn tridni mmur?’ Illum niżżu ħajr lil Alla se jkollhom fejn imorru u jużaw l-enerġija tagħhom għall-isports, u nisperaw għall-unuri sportive”, qal George Farrugia minn Birżebbuġa Aquatic & Sports Club.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-residenti ta’ Birżebbuġa għadhom isofru ħafna inkonvenjenza minħabba attività industrijali qawwija, u l-Gvern huwa impenjat li joffri kumpens bi proġetti simili bħall-grawnd tal-futbol, u l-bini mill-ġdid tal-promenade.

Dr Muscat wera sodisfazzjon li anki l-ambjent f’dawn l-inħawi qed jingħata prijorità permezz tal-qalba għall-gass tal-power station ta’ Dellimara u l-iżmantellar tat-tanikijiet tal-fuel.

Il-Ministru għall-Infrastruttura, Joe Mizzi, qal li dan il-proġett tlesta fil-ħin u skont il-budget allokat. Qal li dan il-proġett huwa xhieda tal-ħidma konġunta bejn ministeri differenti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isports, Chris Agius, qal li minkejja li kienet triq twila, il-Gvern ma qatax qalbu u żamm kelmtu. Żied li proġetti bħal dawn jgħinu aktar liż-żgħażagħ biex jidħlu fid-dinja tal-isports u jagħmlu isem għal Malta.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar