Il-PM jinawgura l-uffiċini l-ġodda ta’ Jesmond Mizzi Financial Advisors

Il-Prim Ministru Joseph Muscat filwaqt li inawgura l-uffiċini l-ġodda tal-Kumpanija Jesmond Mizzi Financial Advisors fil-Ħamrun qal li fl-aħħar 20 xahar inħarġu aktar minn 80 liċenzja u nħolqu 961 impieg fis-settur finanzjarju. Il-Prim Ministru spjega li biex is-settur jinżamm fuq sisien sodi anke qed tkun emendata l-liġi dwar il-banking biex din tkun aġġornata mal-iżviluppi li qed iseħħu.

Spjega lis-settur finanzjarju f’Malta huwa b’saħħtu anke minħabba li l-pajjiż għandu qafas regolatorju sod. Qal li huwa minħabba dan il-qafas regolatorju li Malta kisbet reputazzjoni eċċellenti fuq livell internazzjonali u Ewropew f’dan il-qasam. Il-Prim Ministru qal li dan anke kien rikonoxxut mill-Forum Ekonomiku Dinji. Dr Muscat qal li minkejja li sar ħafna xogħol il-Gvern huwa konxju li għad fadal x’isir.

Id-Direttur Jesmond Mizzi ssuġġerixxa li l-anzjani jingħataw preferenza meta joħorġu l-istocks tal-Gvern ħalli jkun assigurat li jkollhom dħul tajjeb mingħajr ma jieħdu riskji żejda. Din l-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb mill-Prim Ministru li qal li ser jikkonsidraha iżda qabel irid jara l-qafas regolatorju u legali.

Is-Sur Mizzi qal li l-kumpanija li ilha 13-il sena topera, bħalissa tħaddem 21 persuna mistenni tgħaddi minn fażi oħra ta’ tkabbir tant li ser jiżdiedu l-impiegi. Il-kumpaniji tagħti parir lill-investituri u anke tgħinhom jifhmu għal xiex deħlin meta jinvestu flushom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Aktar