Saħħa
AĠĠORNAT: Il-PM jinawgura l-università medika ta’ Barts f’Għawdex

Il-kampus il-ġdid tal-iskola medika ta’ Barts, waħda mill-iktar skejjel prestiġjuzi fil-qasam tal-mediċina li beda jilqa’ l-istudenti barranin ftit ġimgħat ilu, ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat fir-Rabat fil-kumpless tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

B’investiment ta’ €35 miljun, il-kampus il-ġdid ta’ Barts inbena fl-aħħar 17-il xahar fuq spazju ta’ 8,000 metru kwadru.

Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva dal-proġett mediku edukattiv bħala sħubija unika bejn il-Gvern u żewġ entitajiet influwenti minn żewġ kontinenti, għax fih hemm imsieħba kemm l-Università Ingliża Queen Mary u anke l-kumpanija Amerikana Steward HealthCare li tmexxi l-isptar.

Dr Muscat qal li l-kollobarozzajoni bejn it-tliet partijiet sarfet fl-aqwa fakultà għall-edukazzjoni medika fil-Mediterran. “I believe that what has been achieved is not just a run of the mill facility, but something we can be proud of. A new benchmark for every one around this region.”

Il-Prim Ministru qal li forsi ħafna setgħu jqisu li l-Gvern mar kontra l-loġika meta ddeċieda li dan l-aqwa investiment isir f’Għawdex minflok f’Malta. Qal li l-proġett għandu jservi biex jattira investiment ieħor barrani lejn il-gżira Għawdxija, kemm għall-ekonomija kif ukoll għall-komunità.

Il-Viċi Prinċipal tal-Università ta’ Queen Mary, il-Professur Steve Thornton, qal li t-tlestija tal-proġett tmur lil hinn minn sempliċiment binja. Qal li din il-fakultà hija prova tal-impenn li għandha l-Università Ingliża biex tagħti futur mill-isbaħ lill-kura tas-saħħa f’Malta.

Id-Dekan ta’ Barts, Anthony Warrens, qal li dan l-investiment ser iwassal biex is-servizz mediku jkun ta’ eċċellenza. “There’s a lot of very good evidence that the quality of good medical care the patients receive in a hospital is greater, if it’s also a teaching hospital because of the quality of doctors that are attracted to the teaching environment.”

Il-kampus se joffri spazju għal massimu ta’ 800 student u se jikkumplimenta ċ-ċentru tal-anatomija li nfetaħ ftit tax-xhur ilu bħala parti mill-investiment ta’ Steward HealthCare f’Malta.

Bħalissa hemm madwar mitt student. Il-kumpless, fost oħrajn, fih klinika żgħira b’disa’ sodod, awditorju għal 140 persuna, żewġ teatri għal 120 student u żewġ laboratorji tal-kompjuter.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-lunetta ta’ San Franġisk li hija parti mill-fortikazzjonijiet tal-Furjana li jħarsu lejn il-Port il-Kbir treġġgħet lura għall-istat oriġinali tagħha wara xogħol estensiv mid-direttorat tar-restawr fi ħdan il-ministeru tal-ġustizzja. Il-fortifikazzjonijiet jagħmlu…

Lokali

Lejlet laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, l-Għaqda Repubblika f’ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, talbietu biex ma jħallix lill-Prim Ministru Joseph Muscat jattendi dan is-summit. Qalet li s-sehem tiegħu fil-Kunsill…

Lokali

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet Ordni ta’ Konservazzjoni u Avviż ta’ Protezzjoni fil-Mensija, limiti ta’ San Ġwann li tinkludi s-sit ta’ applikazzjoni għall-iżvilupp propost bin-numru PA / 04214/19.  Din…

Aktar