Politika
Il-PM jindika li se jibqa’ jmexxi – wiegħed lil Maltin fi NY li jerġa’ jżurhom

F’pawsa mill-impenji politiċi u diplomatiċi, il-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien mas-sinjura Michelle Muscat u d-delegazzjoni tiegħu, żaru iċ-ċentru tal-Maltin f’Astoria fi New York, fejn Dr Muscat tkellem, fost oħrajn, fuq il-pjani għal titjiriet mill-Air Malta lejn New York, u anke ghamel appuntament li jerġa’ jiltaqa’ magħhom is-sena d-dieħla.

Il-Prim Ministru ta indikazzjoni oħra li ser ikompli fit-tmexxija meta ngħata merħba fiċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria fi New York u qalilhom li se jerġa’ jarahom bħal dan iż-żmien sena.

Dr Muscat qal li sa dak iż-żmien tkun ittieħdet jew tkun viċin li tittieħed id-deċiżjoni li l-Air Malta tibda titjiriet lejn New York, aħbar li intlaqgħet b’ċapċip mill-Maltin ta’ New York.

Dr Muscat spjega li peress li żdiedu t-turisti mill-Amerika, l-Air Malta qed tkompli tistudja l-possibiltà li tibda titjiriet lejn New York, iżda saħaq li l-linja nazzjonali tagħmel dan jekk jirriżulta li jkunu vijabbli, għaliex qal ma tridx tmidd saqajha ‘l barra mill-friex u tagħmel aktar milli tiflaħ.

Il-komunità Maltija fi New York li tiltaqa’ kull ġimgħa f’dan iċ-ċentru laqgħet lil Dr Muscat u d-delegazzjoni tiegħu b’festin tradizzjonali Malti. Ħafna mil-Maltin fi New York emigraw lejn l-Amerika, l-aktar minn Għawdex bejn 30 u 40 sena ilu. Skont uffiċjal tal-missjoni diplomatika Maltija, fi New York biss, il-Maltin li jinkludu wkoll tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni jgħoddu mal-40,000.

Il-kumitat taċ-ċentru huwa attiv u bħalissa qed iħejji għal mixja annwali tal-Pink October, inizjattiva li ġiet imfaħħra mis-Sinjura Muscat, li spjegat il-ħidma tagħha fi ħdan il-fondazzjoni Marigold, bl-inizjattivi tal-Pink October.

Intant, il-programm tal-Prim Ministru Muscat fi New York jissokta aktar tard illejla meta huwa jagħmel id-diskors tiegħu lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, u aktar qabel jiltaqa’ wkoll ma’ investituri Amerikani.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar