Lokali
Il-PM jirrispetta l-analiżi tad-delegazzjoni tal-PE iżda ma jaqbilx mar-rapport

F’kummenti lil timesofmalta b’reazzjoni għar-rapport u għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membri tal-Parlament Ewropew li kitbu r-rapport kienu diġà ddeċidew x’se jgħidu qabel waslu Malta f’Novembru li għadda.

Mistoqsi hux se jneħħi lill-persuni mplikati fil-Panama Papers kif irrakkomandawlu l-Ewroparlamentari, Dr Muscat qal li huwa l-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet u waqt li jirrispetta l-analiżi tagħhom, ma jaqbilx mar-rapport. Qal li kien ikun aħjar kieku d-delegazzjoni ġiet Malta qabel il-Parlament Ewropew vvota fuq riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta.

Dr Muscat qal li fir-rapport laqtu l-fatt li x-xhud Russa Maria Efimova issa qed tgħid li ma kinetx hi s-sors oriġinali ta’ Daphne Caruana Galizia fl-allegazzjonijiet dwar l-kumpanija Egrant. Il-Prim Ministru qal li fil-fatt m’hemm ebda sors għall-istorja li l-Egrant hija ta’ martu.

Ara wkoll:

ARA: Ir-reazzjoni ta’ Adrian Delia dwar ir-rapport tal-PE u l-każ ta’ Stephen Spiteri

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Għawdex

Erba’ rġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti wara li kellhom argument bejniethom. L-erba’ rġiel,wieħed minn l-Għarb Għawdex u l-oħrajn minn Għajnsielem Għawdex, li l-età tagħhom tvarja bejn 27…

Aktar