Lokali
Il-PM jisħaq fuq ir-rispett lejn il-Pulizija u l-istituzzjonijiet kollha

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li japprezza l-konkorrenza kbira għall-mixja ta’ solidarjetà mal-Korp tal-Pulizija, u rrimarka li l-Korp tal-Pulizija u l-istituzzjonjiet iridu jiġu rrispettati dejjem u f’kull ħin għaliex fuqhom hija mibnija d-demokrazija. Fkolleggament telefoniku fuq One Radio, Dr Muscat qal li huwa kburi li jmexxi Gvern li dejjem irrispetta l-istituzzjonijiet anke meta d-deċiżjonijiet tagħhom ma kinux favorevoli għalih.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jingħaqad mal-korp tal-pulizija, u jirringrazzja lill-poplu li ngħaqad fil-mixja ta’ solidarjetà mal-pulizija wara dak li ġara lill-kuntistabbli Simon Schembri. Dr Muscat qal li l-appoġġ tal-poplu ma kienx biss lejn il-kuntistabbli Simon Schembri iżda appoġġ lejn il-korp kollu tal-pulizija.

Il-Prim Ministru qal li se jibqa’ f’kuntatt mal-familjari tal-kuntistabbli Schembri waqt li jistenna l-kors tal-ġustizzja fuq il-każ. Dr Muscat saħaq fuq ir-rispett lejn il-pulizija u l-istituzzjonijiet kollha għax li fuqhom tistrieħ id-demokrazija. Dr Muscat qal li kburi li jmexxi Gvern li jirrispetta dejjem l-istituzzjonijiet anki jekk mhux dejjem jaqbel magħhom.

Il-Prim Ministru qal li fil-leġiżlatura li għaddiet il-Gvern ħa diversi miżuri biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-membri tal-korp u l-familjari tagħhom u impenja ruħu li jkomplu jittejbu d-drittijiet u rispett lejn il-forzi tal-ordni kollha.

Dr Muscat qal li tbissem din il-ġimgħa bl-istqarrija tal-MHRA li qed jilmentaw li qed jiġu wisq turisti f’Malta. Qal li filwaqt li jifhem il-punt tal-MHRA, it-tbissima tiġi mill-fatt li filwaqt li qabel kien hawn ilmenti għax ma kienx hawn xogħol, issa bil-bidla li wettaq dan il-Gvern, sar hawn wisq xoghol, u li joħloq sfidi ġodda.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-implimentazzjoni tal-wegħdiet tal-programm elettorali fosthom bit-tneħħija tal-libell kriminali għall-ġurnalisti, li qal b’hekk il-Gvern saħħaħ il-libertà tal-espressjoni u neħħa ċ-ċensura li sa tmien snin ilu ma ħallietx tittella’ d-drama Stitching u dan ġie kkundannat mil-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.

Tkellem ukoll dwar twaqqif ta’ awtorità fuq l-industrija tal-bini u l-pjan tal-Gvern għall-proġett tat-toroq bit-twaqqif ta’ Aġenzija apposta waqt li fil-fratemp ġa bdew xogħlijiet f’diversi bnadi. Il-Prim Ministru qal kompla jwettaq il-wegħdi tiegħu bl-għoti ta’ tax credits kemm għal min ikompli jistudja f’livell avvanzat kif ukoll għall-intrapriza li tinvesti beix tnaqqas il-konsum tal-enerġija. Fil-qasam qal li l-Prim Ministru twettqet ukoll il-wegħda bil-ftuħ tas-shooting range nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar