Lokali
Il-PM jitlob iktar tagħrif dwar it-tiġrif ta’ blokka fi G’Mangia, jgħid li l-familji se jingħataw l-għajnuna

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera tħassib dwar dak li ġara lir-residenti tal-blokka li ġġarrfet fi Gwardamangia u talab biex jingħata rapport dwar kif żvolġiet is-sitwazzjoni.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Dr Muscat qal li jixtieq ikun jaf jekk sarux rapporti mir-residenti u l-ġirien, kif ukoll għaliex ma ttiħditx azzjoni jekk saru dawn ir-rapporti.

Filwaqt li qal li għandu xi indikazzjonijiet, madanakollu ma jħossx li għandu jikkummenta f’dan l-istadju hekk kif għaddejjin ukoll l-investigazzjonijiet mill-Pulizija u mill-Building Regulations Office, filwaqt li għaddejja inkjesta maġisterjali.

Dr Muscat qal li jinsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar se toffri għajnuna lill-familji konċernati biex ma jbatux kawża ta’ din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Ara l-kumment sħiħ tal-Prim Ministru dwar it-tiġrif fi G’Mangia.

Ara wkoll:

“Ħaduli kollox… ma baqali xejn” – residenta fil-blokka li ġġarrfet

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar