Lokali
Il-PM jniedi l-viżjoni ekonomika għall-10 snin li ġejjin – Qabel immirajna li nilħqu l-medja… issa rridu nilħqu l-quċċata

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda proċess ta’ diskussjoni dwar il-viżjoni ekonomika għall-għaxar snin li ġejjin bil-għan li Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza li jkun l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja. Qal li jekk qabel ridna nilħqu l-medja, issa rridu nilħqu l-quċċata.

Il-konsultazzjoni dwar il-viżjoni ekonomika ta’ Malta għall-għaxar snin li ġejjin tiffoka fuq l-innovazzjoni u l-kreattività; l-użu tal-mezzi diġitali għall-produttività u l-kompetittività; l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet; l-ambjent u t-tisħiħ tal-ambitu regolatorju tan-negozju.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-viżjoni ekonomika għaxar snin li ġejjin se tkun bbażata fuq ħames pilastri  ekonomiċi: il-kwalità tal-ħajja, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, il-governanza tajba u l-ambjent, li qal huwa l-aktar pillastru important.

“Our economy has now reached a level where to be able to maintain or improve we must work forcefully to make the next leap in quality.”

Il-Prim Ministru qal li fl-għaxar snin li ġejjin, Malta trid tkun ċentru ta’ eċċellenza fost l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja.

“Before we wanted to reach the average, now we want to reach the top spot.”

Żied jgħid li l-Gvern mhux se jwarrab dak li sar s’issa, imma se jkompli jaħdem biex jelimina piżijiet żejda fuq l-investituri u min iħaddem fost oħrajn permezz ta’ inċentivi għal min irid jibda jew jiftaħ investiment, b’taxxi li se jibqgħu baxxi u appoġġ lin-negozji meta meħtieġ.

“But now we must do more. Businesses want us to help them climb up the global value chain. For this to happen we need to build an eco-system that better supports them.”

Bil-għan li tingħeleb l-isfida tan-nuqqas ta’ ħiliet, il-Prim Ministru qal li rridu nittrasformaw is-settur edukattiv fejn it-tagħlim jibqa’ għaddej tul il-ħajja. Irrimarka li l-pandemija kkonfermat li l-futur huwa diġitali u għalkemm saru passi ta’ ġgant f’dan il-qasam fadal ħafna xi jsir biex Malta tieħu l-beneffiċċji kollha tad-diġitalizazzjoni u tkun fost l-aqwa fid-dinja. Fi kliem il-Prim Ministru dan jista’ jseħħ biss b’sistema edukattiva differenti. Qal li b’aktar ħaddieam produttivi, il-kumpaniji jkunu f’qagħda li joffru aktar flessibilità u kundizzjonijiet tajba ta’ xogħol.

Bil-għan li nibqgħu kompetittivi, il-Prim Ministru qal li jeħtieġ pjan ta’ investiment  li jwieġeb għall-isfidi tal-ġejjini. Dwar l-ambjent, Dr Abela qal li ma jistax ikollok ekonomija b’saħħitha jekk l-ambjent ma jkunx b’saħħtu, u ma jistax ikollok ambjent protett jekk l-ekonomija tkun dgħajfa. Fisser il-mira ambizzjuża li fassal il-Gvern biex sal-2050 Malta tkun ħielsa mill-karbonju bħala sfida diffiċli li se nilħqu. Qal iridu nifhmu li l-ekonomija u l-ambjent huma ħaġa waħda u jridu jingħaqdu.

Il-Ministru għall-Eknomija u l-Industija, Silvio Schembri qal li din il-viżjoni għandha wkoll l-għan li trawwem mentalità ġdida fejn jidħol it-tfassil tal-politika u tpoġġi l-innovazzjoni u l-kisbiet fiċ-ċentru tat-tkabbir ekonomiku.

The vision setting exercise is intended to develop the island into the nation of the future.

Il-konsultazzjoni tagħlaq fl-aħħar tax-xahar ta’ Lulju li ġej.