Politika
Il-Prim Ministru kuntent li qed jirnexxielu jżur il-Maltin fi djarhom

Waqt attività politika f’Raħal Ġdid bit-tema, Malta f’Qalbna, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li jinsab kuntent li waqt il-kampanja elettorali qed ikollu ċ-ċans li jżur il-komunitajiet Maltin fi djarhom.

Qal li fi żmien meta l-kommunikazzjoni soċjali hija ddominata minn mezzi teknoloġiċi, xejn ma jibdel il-fatt li wieħed jara, jisma’ u jitkellem man-nies fi djarhom, u jisma’ minn għandhom mhux biss l-affarijiet sbieħ iżda anki l-weġgħat.

Qal li wara li kien Gvern Laburista li daħħal il-paga minima f’Malta, reġa’ kien dan il-Gvern li beda t-triq biex jerġa’ jagħti s-saħħa lil min kien tnawwar.

Dr Muscat qal li minkejja li kien diffiċli, il-Gvern irnexxielu jgħaqqad lill-imsieħba soċjali flimkien biex għall-ewwel f’iktar minn għoxrin sena, żied l-paga minima. Qal li kieku l-gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti kienu mqar żiedu l-paga minima darba f’wieħed u għoxrin sena, ma kienx ikun hemm id-diżastru li sab b’pagi minimi li kellhom valur daqstant imwaqqa’.

Il-Mexxej Laburista qal li jirrikonoxxi li dan il-Gvern ma jistax ikun gvern li jibqa’ jservi għal dejjem, u għaldaqstant, għaliex qed jaħseb ukoll f’ġenerazzjonijiet futuri, rabat lill-kwalunkwe gvern li jiġi warajh biex il-paga minima tkun riveduta bil-għan li ma terġax tintesa l-ġustizzja soċjali ma dawk li huma l-iżjed fil-bżonn.

Qal ukoll li l-Gvern kompla jsaħħaħ id il-batut billi għamel liġi li permezz tagħha, ħadd ma jista jdum fuq il-paga minima għal aktar minn sena waħda biss. Dr Muscat qal li dan huwa biss il-bidu għaliex il-Gvern irid eventwalment jasal fi stat li ż-żidiet fil-pagi jkunu iżjed mill-inflazzjoni tal-prezzijiet u mill-għoli tal-ħajja biex il-familji jkollhom iktar flus f’idejhom għall-bżonnijiet tal-ħajja.

Qal li filwaqt li qatt m hu se jgħid li dan il-Gvern se jkun wasal jew li kulħadd qiegħed komdu, irid jaħdem biex jeqred il-faqar wara li diġà naqqsu b’żewġ terzi u li b’paga minima tkun tista’ tgħajjex familja sura ta’ nies.

Dr Muscat qal li anki fil-każ tal-pensjonanti, dan il-Gvern beda t-triq biex mhux talli żied l-pensjoni darba iżda għamel dan erba’ darbiet u se jkompli jżidhom kull sena meta l-Gvern Nazzjonalista ma għamilx imqar żieda waħda fi gvern ta’ 21 sena.

Qal li dan huwa gvern li jagħmel dak li jwiegħed, u talab l-appoġġ tal-elettorat biex bil-vot tiegħu jerġa jikkonferma li jemmen li l-ħolm, l-ambizzjonjiet u l-aspirazzjonijiet ta’ kwalunkwe ċittadin Malti u Għawdxi jistgħu jitwettqu konkretament minn dan il-gvern Laburista.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar