Politika
Il-PM lest jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn dwar il-Kummissarju tal-Films Johann Grech

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li lest li jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn dwar il-kummissarju tal-Films Johann Grech wara li l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Films sejħet għar-riżenja tiegħu ghaliex allegat li kien qed ikun diskriminatorju. Il-Prim Ministru qal li għad irid jisma’ l-verżjoni tal-partijiet kollha.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li jrid jisma’ l-verżjonijiet tal-partijiet kollha dwar l-akkużi li saru fil-konfront tal-kummissarju tal-films, Johann Grech fosthom mill-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Films, li sejħet għar-riżenja tiegħu għax allegaw li qed jimxi b’diskriminazzjoni billi qed jippromwovi ftit kumpaniji mal-produtturi internazzjonali.

Il-Prim Ministru qal li qed isegwi l-kwistjoni mal-Ministru tat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli bil-għan li jinstab kompromess. Dr Abela qal li ma jeskludix li l-batibekki huma konwegwenza ta’ nuqqasijiet fil-mod kif qed issir il-komunikazzjoni bejn il-partijiet.

”Il-kummissarju għandu l-pożizzjoni tiegħu, il-kummissjoni għandha wkoll il-pożizzjoni tagħha, wieħed irid jara, lest li nisma u nieħu kwalunkwe deċiżjoni li jkun meħtieġ, jien nemmen ukoll li jista’ jkun hemm xi misunderstandings ukoll f’dak li ġara però importanti li niddjalogaw u nistennew biex naraw li kulħadd ikun sodisfatt li l-affarijiet qed isiru bl-aħjar mod possibbli.”

Il-Prim Ministru Abela kkumenta dwar il-kwistjoni fi tmiem żjara fil-kumpanija Playmobil Ħal Far li timpjega iżjed minn elf u ħames mitt ħaddiem f’Malta.

Dr. Abela ġie mdawwar mal-fabbrika mill-Kap Eżekuttiv tal-Playmobil, Mathias Fauser u ltaqa’ mal-ħaddiema. Huwa spjega kif il-kumpanija kkonsolidat is-suċċess tagħha f’Malta matul l-aħħar 45 sena.

Il-kwartieri tal-kumpanija huma bbażati fil-Ġermanja iżda l-fabbrika prinċipali ilha topera minn Malta mill-1971. Kull sena, il-fabbrika tipproduċi mal-110 miljun ġugarell, bil-produzzjoni wara l-estensjoni tal-fabbrika pproġettata li tiżdied b’34 miljun ġugarell fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar