Il-PM Libjan iwissi li l-IS qed joqorbu lejn it-Tuneżija

Il-Prim Ministru Libjan Abdullah Al Thani wissa waqt intervista fuq stazzjon tar-radju Tuneżin, li t-terroristi tal-IS jistgħu jinsabu viċin tat-Tuneżija. Skont Al Thani, il-militanti tal-IS u tal-Boko Haram laħqu jew inkella qed jilħqu gruppi terroristiċi li joperaw fil-Libja li huma qrib tal-fruntiera mat-Tuneżija.

althani

Il-Kurunell Belhassen Oueslati, kelliem għall-Ministeru tad-Difiża Tuneżin qal li t-Tuneżija hija preparata għal li jista’ jinqala u li l-armata tagħha tinsab skjerata fuq il-fruntiera biex tiddefendi kull theddida kontra l-integrità teritorjali tal-pajjiż u biex tipprevjeni kwalunkwe tentattiv ta’ infiltrazzjoni minn terroristi. Il-Forzi armati Tuneżini jingħad li jgħoddu mas-27,000 suldat tal-armata, 4,000 tal-ajru u 4,500 tal-baħar.

Dwar l-attakki mill-Eġittu fuq l-ISIS fil-Libja, il-Prim Ministru Libjan qal li dawn saru bl-approvazzjoni tal-Gvern Libjan iżda l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda rrifjuta li jipprovdi l-armi lill-istat Libjan għal ġlieda kontra t-terroriżmu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Immigrazzjoni

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur…

Aktar