Lokali
Il-PM lin-Nazzjonijiet Magħquda: Il-bidliet fis-soċjetà jridu jiżguraw li ħadd ma jaqa’ lura

Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm iż-żjara tiegħu fi New York b’diskors lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda li kien jirrifletti t-tema magħżula min-Nazzjonijiet Maghquda dwar il-miri sostenibbli tal-iżvilupp. Tkellem fost oħrajn dwar il-kisbiet ta’ Malta fil-qasam tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza u l-impenn li Malta tadotta l-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu lin-Nazzjonijiet Maghquda, il-Prim Ministrn Joseph Muscat tkellem dwar diversi kontradizzjonijiet li jeżistu fis-soċjetà.

“We are living in an era where whilst the individual is at the centre of the decision making process, the decisions that are being taken are not necessarily people oriented. Contradictory situations and outcomes are the order of the day,” qal Dr Muscat.

Il-Prim Ministru Muscat saħaq li l-bidliet fis-soċjetà jridu jiżguraw li ħadd ma jaqa’ lura.

“Because economic prosperity does not mean social injustice, and patriotism does not equate to isolationism,” kompla l-Prim Ministru.

Dr Muscat iddedika parti sew mid-diskors tiegħu għall-kisbiet li Malta għamlet u li ġew rikonoxxuti minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali fid-drittijiet tal-persuni LGBTIQ u innota li anke l-mentalità dwar dan qed tinbidel fis-soċjeta li qed tifhem li ħadd m’ghandu jkun diskriminat. Qal li dan sar b’konvinzjoni biex ħadd ma jkun marġinalizzat.

Dwar l-ugwaljanza li ukoll hija waħda mill-miri tal-iżvilupp sostinibbli, Dr Musca fisser il-miżuri li ttieħdu biex aktar nisa ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija, fosthom permezz taċ-child care b’xejn kif ukoll il-miżuri li saru biex f’sitt snin naqsu bin-nofs il-persuni fuq il-benefiċji soċjali.

Il-pass li jmiss, qal il-Prim Ministru huwa li tiżdied il-partiċipazzjoni tan-nisa fil-politika li qal tkun ta’ gwadann għas-soċjetà kollha. Tkellem ukoll fuq id-drittijiet tat-tfal bil-pjan li Malta tadotta fit-totalità tagħha l-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

“Our objective is to equip all children with the appropriate environment and tools that allow for the acquisition by all, of the necessary skills and talents for citizenship and employability, in the 21st century and beyond,” qal Dr Muscat.

Il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu bl-impenn ta’ Malta li tilħaq il-miri tal-iżvilupp sostenibli biex tiżgura futur aħjar lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Ara d-diskors kollu tal-Prim Ministru Joseph Muscat lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar