Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
  • This article is also available in English
Politika
AĠĠORNAT (3): Il-PM jispjega dwar in-negozjati tal-Budget tal-UE
Imtella' Frar 20, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Frar, 2020 9:37pm
Rapport: Ritianne Agius minn Brussell
Filmat: Justin Vassallo

Il-Prim Ministru Robert Abela qiegħed jieħu sehem f’summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, li fuq l-aġenda tiegħu għandu diskussjoni dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru wasal fil-binja tal-Kunsill Ewropew flimkien mal-mexxejja l-oħra tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Huwa jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewroprej, Stefan Zrinzo Azzopardi.

In-negozjati fuq dan il-baġit mistennija jkunu diffiċli fl-isfond li diġà hemm nuqqas ta’ ftehim sostanzjali dwar l-ammont globali tal-budget kemm bejn il-mexxejja Ewropew, kif ukoll mal-Parlament Ewropew. Il-pajjiżi meqjusa sinjuri li l-aktar li jikkontribwixxu għall-baġit Ewropew iridu jnaqqsu l-baġit, filwaqt li l-pajjiżi inqas għonja li għadhom qed jiżviluppaw iridu allokazzjoni akbar għall-koeżjoni bil-għan li jilħqu mal-pass tal-iżviluppi tal-pajjiżi l-aktar avvanzati.

Il-Parlament Ewropew ukoll qed jesprimi nuqqas ta’ qbil mal-proposta tal-baġit ippreżentata mill-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, li ħa post Donald Tusk.

Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, waqt li rrikonoxxa l-isforzi marbuta ma’ sorsi ta’ dħul ġodda għall-baġit, qal li għad hemm distakk ta’ 230 biljun ewro. Żied jgħid li l-Parlament mhux lest japprova l-baġit kif propost u qed isostni li għandhom jiżdiedu l-fondi.

Mal-wasla tagħha għas-summit, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet lill-ġurnalisti li tilqa’ l-baġit propost mill-President tal-Kunsill Ewropea Charles Michel li fuqu ser ikun qed jiddiskuti l-mexxej Ewropej inkluż il-Prim Ministru Robert Abela. Sostniet li t-taħditiet se jkunu iebsa, iżda kull riżorsi finanzjarji ġodda se jimmitagaw il-pressjoni.

Wara laqgħa ma’ David Sassoli, il-Kunsill Ewropew qed jiltaqa’ bit-tama li jintlaħaq qbil bejn il-mexxejja tal-Istati Membri fuq baġit li jkun sodisfaċenti għalihom u għall-Parlament Ewropew.

Charles Michel appella lill-partijiet kollha biex jidħlu għan-negozjati bi spirtu ta’ kompromess. Qabel il-ftuħ tal-laqgħa, huwa qal li hemm ħafna tħassib u interessi, li huma kollha validi, iżda esprima l-fehma li fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin se jkun hemm progress.

Ara l-Prim Ministru jispjega dwar in-negozjati tal-Budget tal-UE:

 

 

Ara wkoll:

€60 biljun inqas fil-baġit tal-UE minħabba l-Brexit

Share
Aħbarijiet Oħra
COVID-19 Covid-19
258 każ ġdid ta’ Covid-19, 182 oħra mfejqa
Lokali Brexit
Malta u Ċipru l-iktar attraenti għan-negozju wara Brexit
Lokali Birdlife Malta kaċċa
BirdLife Malta tgħid li l-PN m’għandux iċedi għall-pressjoni tal-kaċċaturi
Lokali l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji ħwienet tal-karita
Ippubblikati linji gwida ta’ simplifikazzjoni għall-Ħwienet tal-Karità u attivitajiet li jinvolvu l-Ġbir Pubbliku
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
Kronaka
Min huma t-tliet suspettati li x’aktarx fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia?
Kronaka
Pulizija jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku
COVID-19
Żewġ persuni inkluż mara ta’ 30 sena jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19
Lokali proklama Vince Muscat
ARA: Ippubblikata l-proklama li ngħatat lil Vince Muscat
Politika
AĠĠORNAT (2): Rosianne Cutajar tirriżenja minn Segretarju Parlamentari sakemm tnaddaf isimha
Tista’ tipparkja quddiem garaxx?
ARA: Ir-Reġina tappella biex in-nies jaħsbu f’xulxin u jieħdu t-tilqima
L-ewwel xahrejn tas-sena xotti – bdiewa jappellaw għal għajnuna biex jaħżnu l-ilma
L-enerġija – il-proġetti u l-proposti diskussi llejla f’Xtra
Minn għada tista’ tapplika għal skemi ġodda għall-pannelli tax-xemx
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-Floriana qed jaħdem minn binja ġdida
‘L-iżviluppi li seħħew fil-każ Caruana Galizia mertu tal-pressjoni li saret mill-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili’ – il-Kap tal-Oppożizzjoni
Erbatax-il elf ruħ f’Malta għandhom l-epilessija
Jipproponu inizjattiva ta’ żvilupp kollettiv sabiex jiġu evitati binjiet dojoq u żgħar
ARA: “Jgħarralu min jaħseb li jista’ jgawdi mill-impunità” – Il-PM
ARA: L-iżviluppi fil-każi ta’ Caruana Galizia u Chircop jistgħu jsolvu omiċidji oħra?
Il-Festival tal-Kanzunetta Maltija lura fuq TVM – Mużika Mużika ċelebrazzjoni tal-identità nazzjonali
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021