Politika
Iwiegħed il-lealtà lill-mexxej il-ġdid u se jibqa’ viċin in-nies
Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar mill-jien”.
Dr Muscat qal li refa’ dak li kellu jerfa’ u forsi saħansitra refa’ aktar milli kellu jerfa’. Huwa kompla jgħid li l-moviment ma bediex miegħu u lanqas ser jispiċċa miegħu.
Dr Muscat awgura lil Dr Chris Fearne u Dr Robert Abela għall-kandidatura għat-tmexxija tal-Partit Laburista fejn qal li ser ikollna żmien eċċitanti.  Il-Prim Ministru qal li jħossu kkonfortat li fiż-żewġ kandidati qed jara fihom il-kapaċità li jżommu l-għaqda.
Minkejja l-maltemp, il-moviment li nħoloq se jibqa’ magħqud u mhux ser jispiċċa fit-12 ta’ Jannar iżda ser jissaħħaħ minn dakinhar ‘il quddiem. Dr Muscat qal li jwiegħed il-lealtà inkundizzjonata tiegħu u lill-mexxej il-ġdid iwiegħdu l-lealtà u l-ispazju li jaħdem biex imexxi kif għandu jmexxi. Il-Prim Ministru qal li se jibqa’ viċin tan-nies.

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista Chris Fearne u Robert Abela ħadu b’idejn xulxin malli waslu ħdejn iċ-Ċentru Laburista tan-Naxxar, l-ewwel minn tliet lokalitajiet li ser iżur il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat dalgħodu.

F’dawn l-attivitajiet politiċi, bit-tema Joseph man-nies, Dr Muscat ser jiltaqa’ man-nies biex jirringrazzjahom tal-appoġġ li tawh fl-aħħar 11-il sena ta’ tmexxija tal-Partit Laburista.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Aktar