LGBTIQ
Il-PM Olandiż jgħid li l-Ungerija m’għadx baqalha post fl-UE

Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte sostna li l-Ungerija m’għadx baqala post fl-UE.

Huwa rrimarka dan mal-ġurnalisti qabel is-summit tal-UE li qed jitlaqqa’ bħalissa fi Brussel.

Rutte żied li madankollu, bis-sistema kif inhi, ma’ jista’ jagħmel xejn waħdu.

Huwa kien qed jirreaġixxi għad-deċiżjoni tal-Ungerija li żżomm materjal dwar il-komunità LGBTIQ milli jidħol fl-iskejjel.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban iddefenda d-deċiżjoni tiegħu u qal li din m’hiex dwar il-gays imma dwar il-mod kif il-ġenituri jedukaw sesswalment lil uliedhom.

Huwa qal li l-omosesswali ma kellhomx drittijiet mentri huwa ġġieled favur id-drittijiet tagħhom.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ukoll ikkundannat l-abbozz ta’ liġi msemmi.

Mis-27 pajjiż membru 14 esprimew it-tħassib taghom dwar il-liġi proposta mill-Ungerija.