Politika
AĠĠORNAT: Ara x’qalu d-deputati Laburisti quddiem Kastilja fuq il-laqgħa mal-PM

Pjazza Kastilja kienet movimentata b’membri tal-grupp Parlamentari Laburista ġejjin u sejrin wara li ġew imsejħa mill-Prim Ministru Robert Abela biex jiddiskuti magħhom u joffrilhom karigi fil-kabinett.

Matul iżjed minn disa’ sigħat dehru deħlin f’Kastilja , Chris Fearne, Silvio Schembri, Justyne Caruana, Chris Cardona, Owen Bonnici, Clifton Grima, Evarist Bartolo, Stefan Zrinzo Azzopardi, Clayton Bartolo u Michael Falzon, li bl-eċċezzjoni ta’ tnejn minnhom kienu diġà jiffurmaw parti mill-kabinett ta’ Joseph Muscat.

Kemm Dr Fearne u wkoll Dr Cardona għamlu żewġ żjarat kull wieħed f’Kastilja, fost indikazzjonijiet li Dr Abela ddiskuta magħhom tibdil possibbli fil-portafoll li kellhom s’issa bħala Ministri tas-Saħħa u tal-Ekonomija rispettivament.

Ħadd mill-membri parlamentari ma ta dettalji dwar il-karigi fil-kabinett il-ġdid. Qalu li dawn jitħabbru mill-Prim Ministru Robert Abela fil-mument opportun.

Fost indikazzjonijiet li Owen Bonnici ġie offrut dekasteru ġdid flok tal-ġustizzja, huwa stqarr li l-laqgħa mal-Prim Ministru Abela kienet pożittiva. waqt li Evarist Bartolo qal ukoll li lest li jservi lill-pajjiż bl-aħjar mod possibbli, ikun xi jkun il-qasam.

Kollox jindika li t-tibdil fil-kabinett ser ikun sostanzjali biex ikun iffurmat tim ġdid taħt il-Prim Ministru Abela.

F’Kastilja daħal ukoll iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija, Jeffrey Pullicino Orlando, li f’kummenti hu u ħiereġ qal li hu diġà għandu xoghol u li hu kburi ħafna b’dan ix-xogħol.

TVM hu infurmat li l-ġurament tal-ħatra tal-Ministri tal-kabinett mistenni jsir għada wara nofsinhar fil-Palazz il-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Fil-ġranet li ġejjin l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jdaħħlu l-obbligu fuq il-passiġġieri li jaslu Malta minn ċertu pajjiżi jew bliet meqjusa b’riskju għoli għall-Covid-19 biex jippreżentaw ċertifikat li fit-48 siegħa ta’ qabel…

Lokali

Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku, fi stqarrija konġunta, qalu li huwa tajjeb li l-Prim Ministru qed jammetti li pajjiżna għandhom jittieħdu miżuri għal soċjetà iktar ġusta u ekonomija mingħajr l-użu…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi hu nieqes milli joffri kwalità ta’ ħajja. Fi stqarrija ffirmata mill-Viċi Kap David Agius u d-deputat Ivan Bartolo, il-Partit Nazzjonalista qal…

COVID-19

L-Awtorità tat-Turiżmu (l-MTA) qalet li f’ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. L-awtorità qalet li fl-aħħar tmint’ijiem, uffiċċjali tagħha għamlu ‘l…

Aktar