Politika
Il-PM jgħid li se jfakkar l-ewwel sena mill-ħatra tiegħu billi se jiltaqa’ man-nies fejn jgħixu u jaħdmu

Matul din il-ġimgħa Dr Robert Abela jagħlaq sena minn meta nħatar Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista.

Għal dan l-ewwel anniversarju tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela wassal messaġġ fuq il-midja soċjali.

Fil-messaġġ qasir tiegħu, Dr Abela qal li din is-sena kienet waħda ta’ sfidi kbar u bla preċedent iżda stqarr li baqa’, għadu u se jibqa’ pożittiv u ottimist.

Qal li l-Gvern immexxi minnu ma waqafx jieħu d-deċiżjonijiet u ta s-soluzzjonijiet li kienu kruċjali f’dan iż-żmien ta’ sfida. Waqt li stqarr li f’kull deċiżjoni li ħa s’issa dejjem fittex dak li jgħaqqad lill-poplu Malti u Għawdxi, Dr Abela wiegħed li se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet.

Kompla jgħid li din il-ġimgħa se jqattagħha qrib in-nies, fil-komunitajiet fejn jaħdmu u jgħixu.

Ara l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela: