Lokali
Maħfra biss jekk is-suspettat jagħti provi biex il-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia jitressaq il-Qorti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak kollu li jaf u jagħti l-evidenza li allega li għandu.

Meta kien qed jitkellem f’Kastilja, il-Prim Ministru qal li l-Pulizija għamlu operazzjoni kordinata, mifthema mal-Europol, fejn arrestaw xi persuni, li waħda minnhom hija suspettata li hija mdaħħla fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Qal li l-operazzjoni tal-Pulizija hija relatata ma’ ħasil ta’ flus, u l-persuna uriet l-intenzjoni li tikkollabora u indikat li seta’ kellha f’idejha xi evidenza li tikkorrabora x-xhieda.

Il-Prim Ministru żied jgħid li l-avukati ta’ din il-persuna talbu li tingħata maħfra Presidenzjali biex tikxef dak li taf.

Qal li wara li huwa ddiskuta mal-investigaturi u l-Avukat Ġenerali, ġie deċiż li ma tistax tingħata maħfra fuq ir-reati kollha li setgħet wettqet din il-persuna, qabel ma’ jkun magħruf eżatt x’informazzjoni u evidenza tista’ tikkontribwixxi.

Huwa għalhekk li ttieħed dan il-pass, deskritt mill-Prim Ministru bħala wieħed “mingħajr preċedent”, fuq parir tal-Avukat Ġenerali.

Il-Prim Ministru qal li ma togħġbux l-idea ta’ maħfra presidenzjali, minħabba li fil-passat “dawn qatt ma’ ħadmu f’pajjiżna.” Fakkar kif f’każijiet passati, tali persuni ma ġewx emmnuti fil-Qorti. Fil-fatt żied jgħid li se jkun qed jirrikomanda l-maħfra biss, diment li l-persuni li kienu l-moħħ wara d-delitt jiġu mressqa l-Qorti, u jkun hemm biżżejjed evidenza kontrihom.

Il-Prim Ministru sostna li l-persuna bħalissa tinsab taħt protezzjoni assoluta.

Dr Muscat fakkar li l-Pulizija fadlilha numru ta’ jiem biex tkompli tinterroga lil din il-persuna, u appella lill-mezzi tax-xandir għall-kawtelà fir-rapurtaġġ, bil-għan li ma jiġix imfixkel il-każ.

Ara hawn il-konferenza sħiħa tal-Prim Ministru:

Ara wkoll:

Jitlob maħfra presidenzjali biex jikxef il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

‘L-Istat għandu jagħmel użu mill-mezzi kollha disponibbli skont il-liġi’ – Adrian Delia

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Aktar