Barranin
Il-PM Spanjol iżur il-Katalunja għall-ewwel darba mindu ssospenda l-awtonomija tar-reġjun

Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy illum żar il-Katalunja biex jibda l-kampanja elettorali tal-Partit Popolari tiegħu għall-elezzjoni ta’ Diċembru.

Rajoy indirizza lill-partitarji f’meeting dalgħodu. Iż-żjara tiegħu qed ssir l-għada li mas-750,000 ruħ għamlu dimostrazzjoni f’Barcelona sabiex jipprotestaw kontra d-detenzjoni tal-eks mexxejja Katalani.

Il-Gvern reġjonali Katalan kien iddikjara l-indipendenza f’Ottubru – pass li kien wassal biex Rajoy ikeċċi mill-kariga lill-mexxejja Katalani.

Iż-żjara tal-Prim Ministru Spanjol hija l-ewwel waħda fir-reġjun minn meta għolla rasu l-inkwiet li wassal sabiex il-Gvern Ċentrali Spanjol issospenda l-awtonomija ta’ Katalunja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’filmati li qed jinxterdu jinstemgħu vuċijiet imbeżża’ tat-tfal migranti, li fl-aħħar xhur ġew isseparati mill-ġenituri tagħhom bħala parti mill-politika tal-immigrazzjoni tal-Gvern Amerikan. Mal-2,000 tifel u tifla spiċċaw mingħajr il-ġenituri tagħhom, wara…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini mill-ġdid f’kontroversja oħra. Wara li l-ġimgħa l-oħra għalaq il-portijiet u ma ħalliex il-bastiment ‘Aquarius’ jidħol fl-Italja b’629 immigrant, Salvini issa qal…

Barranin

Għal ħafna li jsegwu l-futbol il-ħoma tagħhom hija li jmorru jaraw xi logħba tat-Tazza tad-Dinja. 30 tifel u tifla li jbatu minn mard u kundizzjonijiet rari qatgħu xewqithom meta l-biljunarju…

Aktar