Barranin
Il-PM tal-Kanada jgħid li l-ajruplan f’Tehran x’aktarx iġġarraf b’missila tal-Iran

Il-Prim Ministru tal-Kanada, Justin Trudeau, qal li l-ajruplan li ħalla 176 mejta wara li ġġarraf fl-Iran, x’aktarx kien intlaqat minn missila Iranjana.

Trudeau qal li dan qed joħroġ minn investigazzjonijiet tal-awtoritajiet Kanadiżi u anki minn intelliġenza ta’ sorsi oħrajn. Indika li l-missila setgħet laqtet l-ajruplan bi żball.

L-Iran qed jiċħad li l-ajruplan intlaqat b’missila minn tiegħu, u stieden lill-qawwiet tal-Punent biex jassistu fl-investigazzjoni.

Fl-istess ħin li ġġarraf l-ajruplan tal-linja tal-ajru Ukrena, li kien sejjer lejn Kjiv, l-Iran kien qed jispara missili lejn bażijiet militari Amerikani fl-Iraq, b’ritaljazzjoni għall-qtil tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani.

Il-President Amerikan Donald Trump għadu ma kkummentax b’mod dirett dwar din l-intelliġenza, iżda qal li għandu s-suspetti tiegħu dwar dak li seħħ, u li t-tiġrif tal-ajruplan seta’ kien żball.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, tkellem fuq l-istess linji tal-Prim Ministru Kanadiż u talab investigazzjoni fil-fond.

Minbarra Iranjani, fuq l-ajruplan kien hemm ukoll passiġġiera Kanadiżi, Amerikani u Ingliżi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Barranin

Fl-Awstralja mara mietet waqt kompetizzjoni tal-ikel li fiha l-parteċipanti riedu jieklu kemm jifilħu pasti tradizzjonali biċ-ċikkulata tal-lamingtons. Il-mara ta’ 60 sena kienet qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni li saret fi Queensland fejn kienet…

Barranin

Il-futur politiku ta’ Matteo Salvini xejn mhu jidher sabiħ hekk kif qed iħabbat wiċċu ma’ disfatta wara li l-partit tiegħu tal-Lega ma tantx kiseb voti fl-elezzjonijiet reġjonali partikolarment fir-Reġjun li…

Aktar