Politika
Il-PM tal-Kanada Justin Trudeau jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau se jibqa’ jmexxi lill-pajjiż wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali.

Huwa kien sejjaħ l-elezzjoni x-xahar li għadda bit-tama li l-gvern ta’ minoranza jikseb il-maġġoranza.

Għalkemm ma rebaħx il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Parlament huwa kiseb biżżejjed voti biex jibqa’ jmexxi lill-pajjiż.

Din kienet it-tielet rebħa elettorali għal Trudeau, li għandu 49 sena, wara dawk tal-2015 u tal-2019.

Fl-ewwel kumment tiegħu huwa qal li l-Kanadiżi kien tawh mandat ċar biex joħroġ lill-pajjiż mill-pandemija.