Barranin
Il-PM Taljan jgħid li l-finali tal-Euro 2020 għandha timxi minn Londra għal Ruma

Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi qal li l-finali tal-EURO 2020 għandha timxi minn Wembley Stadium f’Londra għal Ruma, irrapportat id-Deutsche Welle.

Ir-Renju Unit ra żieda qawwija fil-każijiet tal-coronavirus minħabba tixrid tal-varjant delta, li ġie identifikat l-ewwel fl-Indja.

“Qiegħed nappella biex il-finali ma tintlagħabx f’pajjiż fejn ir-riskju tal-infezzjonijiet hija kbira ħafna,” qal Draghi lill-ġurnalisti.