Barranin
Il-PM Taljan jiddikjara kwarantina obbligatorja mal-pajjiż kollu

Il-Prim Ministru Taljan, Guiseppe Conte, iddikjara kwarantina obbligatorja għall-pajjiż kollu. F’konferenza tal-aħbarijiet tard filgħaxija, Conte filwaqt li appella lin-nies biex kemm jista’ jkun jibqgħu d-dar, qal li n-nies se jitħallew jivvjaġġaw biss għax-xogħol jew għall-emerġenzi familjari. Hu qal li dawn il-miżuri drastiċi ttieħdu biex jiddefendi lill-persuni l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Iddikjara wkoll li l-avvenimenti sportivi kollha, fosthom il-logħob tal-futbol, ġew sospiżi mal-pajjiż kollu. Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fl-Italja, kien hemm 97 mewt ikkawżati mill-Coronavirus, biex issa mindu ġew irrappurtati l-ewwel każi f’dan il-pajjiż l-għadd tal-mejta qabeż l-460.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-epidemoloġista tal-istat Svediż li kien il-moħħ wara l-politika tal-pajjiż li ma jimponix lockdown, ammetta li kien ikun aħjar kieku l-pajjiż impona restrizzjonijiet sabiex jikkontrolla l-imxija tal-virus. Għal xhur sħaħ Anders…

Barranin

Qorti fl-Afrika t’Isfel sabet li xi wħud mir-restrizzjonijiet li mpona l-Gvern biex irażżan l-imxija tal-Covid-19 huma invalidi u jmorru kontra l-kostituzzjoni. L-Afrika t’Isfel imponiet fost l-aktar restrizzjonijiet stretti fid-dinja. Fost…

COVID-19

Minkejja t-tħassib li tqajjem fl-eqqel tal-pandemija b’rabta mal-mediċina ibuprofen, din issa qed tiġi studjata bil-għan li tintuża bħala trattament għall-Covid-19. Diversi ġimgħat ilu kien qed jiġi rrappurtat li l-ibuprofen, li…

Barranin

Mil-lum l-Italja reġgħet fetħet il-pajjiż għat-turiżmu mill-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. Turisti minn 25 pajjiż fiż-żona Schengen jistgħu jivjaġġaw lejn l-Italja, mingħajr il-bżonn li t-turisti joqgħodu fi kwarantina meta jaslu fil-pajjiż. Madanakollu…

Aktar