Lokali
Il-PM u l-Kap tal-Oppożizzjoni f’dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia se jiltaqgħu għal dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir.

L-Awtorità tax-Xandir se torganizza skema ta’ xandiriet politiċi b’rabta mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Id-dibattitu finali se jsir bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzzjoni. Dan se jixxandar nhar l-Erbgħa 22 ta’ Mejju fit-8.45pm. Dan id-dibattitu se jixxandar fuq TVM u Radju Malta.