Politika
Il-PN b’20 proposta li jolqtu lil min ibati bid-dijabete

Il-Partit Nazzjonalista, permezz tad-Deputat Mario Galea u l-ewroparlamentari Francis Zammit Dimech, ħabbar 20 proposta għal persuni li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete.

Ippropona, fost oħrajn, li l-Gvern jipprovdi apparat b’xejn li bih il-pazjenti kontinwament ikunu jistgħu josservaw il-livell taz-zokkor fid-demm, u jagħti b’xejn labar lit-tfal li jbatu mid-dijabete. Ippropona wkoll li f’Għawdex ikun hemm infermiera tad-dijabete u li jitwaqqaf Kumitat Parlamentari dwar id-Dijabete.

Il-kelliema qalu li fil-qasam tal-prevenzjoni għandha tkun implimentata b’mod tajjeb l-iskema tat-tqassim tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel.

Ipproponew ukoll programmi ta’ prevenzjoni fl-iskejjel minn età żgħira fuq konsum ta’ ikel tajjeb u programmi ta’ ħajja sana permezz tal-eżerċizzju regolari.

Ħeġġew l-implimentazzjoni mill-aktar fis tal-provvedimenti l-ġodda fid-Direttiva Ewropea dwar il-midja awdjoviżiva li, fost oħrajn, tintroduċi regoli aktar stretti dwar ir-reklamar ta’ prodotti tal-ikel fil-programmi tat-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.50am fi Triq Valletta, iż-Żurrieq. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li…

Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Aktar