Politika
Il-PN beda proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-politika tiegħu tal-enerġija b’laqgħa mal-MDA

Il-Partit Nazzjonalista beda proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-politika tiegħu tal-enerġija b’laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dan il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa maħsub biex l-Oppożizzjoni titkellem ma’ dawk fis-settur, tfiehem il-viżjoni tagħha u jekk ikun hemm il-ħtieġa l-pjan jiġi mtejjeb. Qal li dan juri kemm il-Partit Nazzjonalista lest li jaħdem ma’ kulħadd billi jisma’ u jagħti l-opportunità lil min irid jaħdem biex idawwar paġna ġdida għall-pajjiż.

Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti, qal li għan tal-Assoċjazzjoni hu li tkompli tgħin lill-pajjiż jimxi ‘l quddiem biex isir aktar rinovabbli. Qal li għandu jkun hemm sforz minn kulħadd għal enerġija nadifa u li l-MDA diġà bdiet tħejji pjan ta’ kif għandu jsir il-bini fil-futur.