Politika
Il-PN dwar kontijiet tad-dawl orħos għan-negozji

Il-Partit Nazzjonalista qal li bil-persistenza tiegħu numru ta’ negozji se jitraħħsilhom il-kont tad-dawl b’50% minn Lulju sa Settembru.

Fi stqarrija, b’reazzjoni għall-miżura mħabbra l-bieraħ mill-Gvern, il-Kelliema Nazzjonalisti David Agius, Claudio Grech u Ryan Callus qalu li din kienet proposta tal-Partit Nazzjonalista li saret f’April li għadda fl-eqqel tal-pandemija li għalkemm hija tajba tnediet xahrejn tard.

Intqal ukoll li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti biex din il-proposta tasal għand aktar negozji u familji Maltin li tħallew barra.