Politika
Il-PN dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni, Beppe Fenech Adami, sejjaħ bħala skandlu l-kuntratt ta’ €4.5 miljun li l-Awtorità tat-Turiżmu qal iffirmat mal-linja tal-ajru VistaJet fl-2016. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Fenech Adami qal li l-kuntratt huwa miżgħud żbalji biex fi kliemu jiġġustifika l-ħlas ta’ dawn il-flejjes.

Allega li l-VistaJet m’onoratx l-obbligi tagħha għax fost oħrajn ma ppromovietx lil Malta bħala destinazzjoni turistika. Dr Fenech Adami qal li l-Gvern ma sabx problema jberbaq dawn il-flus u issa qed jixxaħħaħ mal-industrija tat-turiżmu waqt li għaddejja minn żmien iebes minħabba l-imxija.

Il-Kelliem għall-Governanza, Karol Aquilina, qal li dan huwa każ ċar ta’ abbuż mill-fondi pubbliċi. Talab biex il-Gvern iġorr ir-responsabbiltà għal dan il-kuntratt.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kelliem għat-Turiżmu, Robert Arrigo, qal li t-turiżmu f’Malta huwa mejjet minkejja li qal li t-turiżmu jaffettwa nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż. Mistoqsi minn Television Malta jaqbilx li l-ajruport jiftaħ f’Ġunju, is-Sur Arrigo wieġeb li l-Gvern għandu jippjana minn qabel il-ftuħ tal-ajruport ħalli l-operaturi turistiċi jibdew jersqu lejn in-normalità l-ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar