Politika
Il-PN favur mekkaniżmu biex jiżdiedu n-nisa fil-Parlament, jirreaġixxi l-PM

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li filwaqt li fadal xi punti tekniċi li jridu jiġu ċċarati, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jaqbel li d-diskussjonijiet fil-livell tekniku mmaturaw biżżejjed biex id-diskussjoni tgħaddi għal-livell politiku parlamentari.

Il-Partit Nazzjonalista qal li jaqbel li għandu jkun hemm mekkaniżmu korrettiv li għandu jġib bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel fil-Parlament.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar laqgħet l-aħbar li l-Partit Nazzjonalista qed jilqa’ x-xogħol li hejja l-kumitat tekniku responsabbli mit-tfassil ta’ mekkaniżmu korrettiv li qalet li permezz tiegħu ser ikollna rappreżentanza femminili aktar b’saħħitha fil-Parlament.

Il-Prim Ministru Robert Abela fuq twitter laqa’ l-aħbar li l-Partit Nazzjonalista ddikkjara li huwa favur il-mekkaniżmu li l-Gvern irid jimplimenta għal rappreżentazzjoni iktar b’saħħitha tan-nisa fil-Parlament. Stqarr li jħares ‘il quddiem għal dibattitu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar