Politika
Il-PN flimkien mal-poplu qed ifassal politika għal Malta isbaħ u aħjar – Dr Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-ġimgħa li għaddiet, il-Partit Nazzjonalista ħa diversi inizjattivi fosthom fuq l-ambjent li juri li qed ikun partit dinamiku. Huwa kkritika lill-gvern li ta kariga oħra ogħlja lill-ekx kap eżekuttiv tal-Partit Laburista u qal li dan juri li l-persuni ta’ qrib Kastilja qed jaħtfu kollox.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista ta’ xhieda ta’ partit ħaj u dinamiku li, flimkien mal-poplu, qed ifassal politika għal Malta isbaħ u aħjar.

Intervista fuq Net FM, Dr Delia qal li fil-Parlament u barra minnu, tkellmu favur is-saħħa tan-nies u l-ambjent u r-reputazzjoni ta’ Malta u saħaq li l-Gvern ma jistax jibqa’ jostor il-verità, bħal fil-każ tar-rapport Egrant, u li trid issir ġustizzja dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Semma li anke ressaq mozzjoni fil-Parlament biex tkun dikjarata emergenza nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista għamel aktar minn 15-il proposta dwar l-ambjent.

Dr Delia Adrian Delia qal li mill-għajta ta’ Malta tagħna lkoll hawn sitwazzjoni fejn kollox għal tal-qalba. Qal li erba’ min-nies tal-qalba, qrib Kastilja, qegħdin jaħtfu kollox. Semma’ l-eks Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista James Piscopo li wara ngħata poter assolut fid-Dipartiment tal-Artijiet inħatar ukoll chairman tal-ARMS.

Il-Kap Nazzjonalista qal li tal-qalba qed jieklu b’aktar minn ħalq wieħed iżda mbagħad flus għall-għalliema jew għall-housing soċjali m’hemmx. Huwa qal li l-ħaddiema u l-middle class qegħdin jesperjenza morsa doppja għax il-pagi huma l-inqas li qed jiżdiedu fl-Ewropa u l-prezzijiet tal-prodotti essenzjali qegħdin jiżdiedu, u mat-80,000 persuna jinsabu fix-xifer tal-faqar. Qal li ma jistax jemmen kif il-Prim Ministru jgħid li qed jagħmel lill-Maltin sinjuri żgħar meta r-realtà turi mod ieħor.

Dwar it-tkabbir ekonomiku qal li dan mhux qed jissarraf f’aktar ġid għan-nies għax fl-2016 67% tal-ħaddiema kellhom flus anqas fil-but filwaqt li rdoppjaw il-prezzijiet tal-ikel u l-paga żdiedet biss 1.1%.

Dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Dr Delia qal li aktar mhu jgħaddi żmien, aktar qed tinqatel il-verità. Huwa qal li sentejn wara dal-assassinju, il-moħħ jew imħuħ wara dan l-assassinju għadhom mhux magħrufa. Huwa qal li l-poplu jistenna li l-inkjesta pubblika tgawdi l-fiduċja tal-familja u tal-pajjiż. Il-Kap Nazzjonalista tkellem dwar l-obbligu li titħares l-espressjoni ħielsa f’pajjiżna, li huwa wieħed demokratiku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar