Partit Nazzjonalista
“Il-PN għandu s-saħħa tal-konvinzjoni u tad-determinazzjoni” – Dr Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li meta l-verità u t-tama jkunu mhedda, joħorġu jitkellmu u jersqu ‘l quddiem dawk kollha li jixtiequ u jemmnu fis-sewwa u d-demokrazija. Dr Delia qal dan f’wieħed mit-tliet diskorsi li għamel fi tliet attivitajiet differenti lbieraħ, fl-isfond ta’ bosta rapporti li anke qed jinġabru firem biex huwa jitwarrab jew jiġi mġiegħel jirreżenja.

Fl-attività għall-volontieri u attivisti tal-Partit Nazzjonalista li saret fid-dar ċentrali, Dr Delia stqarr li matul il-ġranet tal-Milied deher ċar li b’mod malizzjuż bdew l-attakki kontrih u kontra l-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li minflok ħarab minn dan kollu mar jiltaqa’ u jitkellem man-nies, ma dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom, li m’għandhomx x’jieklu u dawk li jinsabu fis-solitudni u tgħallem x’inhu l-veru messaġġ tal-Milied. Qal li dawk li jridu leħen ġenwin li jitkellem għalihom se jsibu lill-Partit Nazzjonalista.

 

Dr Delia rringrazzja lil dawk kollha li wrew l-appoġġ lilu u l-familja tiegħu. Intant fl-aħħar jiem kumitati tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalitajiet ididkajraw pubblikament l-appoġġ tagħhom għal Dr Delia.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar